It-Tieni Laudato si’

Papa Franġisku: nhar l-4 ta’ Ottubru se tkun ippubblikata it-tieni Laudato Sì

Waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa it-30 ta’ Awwissu, il-Papa fakkar fil-Jum Dinji ta’ talb għall-ħarsien tal-ħolqien li se jkun nhar l-1 ta’ Settembru. “Jeħtieġ li flimkien nieqfu mal-vittmi tal-inġustizzja tal-ambjent u tal-klima, u nagħmlu ħilitna biex tintemm din il-gwerra bla sens li qed issir kontra d-dar komuni tagħna, li hi gwerra dinjija terribbli.”

Dan l-appell sar mill-Papa Franġisku fis-Sala tal-Udjenzi Pawlu VI fil-Vatikan, fl-aħħar Erbgħa tax-xahar ta’ Awwissu, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ talb għall-ħarsien tal-ħolqien, fl-1 ta’ Settembru, bit-tema “Ħa jkun hemm il-ġustizzja u s-sliem”. Il-Papa fakkar li f’dan il-Jum jingħata bidu għaż- “Żmien tal-Ħolqien” u jintemm nhar l-4 ta’ Ottubru, festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi. U kif kien diġa ħabbar nhar il-21 ta’ Awwissu waqt laqgħa ma’ delegazzjoni ta’ avukati mill-Pajjiżi membri tal-Kunsill Ewropew, huwa tenna li t-tieni parti tal-Enċiklika Laudato Sì se tkun ippubblikata propju fl-4 ta’ Ottubru.

Ara … https://www.vaticannews.va/it/papa/news/2023-08/post-udienza-generale-giornata-creato.html

Ara wkoll il-Laudato si bil-Malti … https://www.laikos.org/ls/index.php

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading