Il-Papa Franġisku “tnikket ħafna meta sar jaf bit-telf kbir ta’ ħajjiet u l-qerda kkawżati mill-għargħar fil-Lvant tal-Libja”. L-Qdusija Tiegħu assigura lil dawk milquta “t-talb tiegħu għall-erwieħ ta’ dawk li tilfu ħajjithom u għal dawk kollha li qed jibku t-telfa tagħhom”.
Bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-poplu Libjan f’telegramma ffirmata mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, l-Kardinal Pietro Parolin u mibgħuta lin-Nunzju Appostoliku fil-Libja, l-Arċisqof Savio Hon Tai-Fai.
Fit-telegramma, l-Papa Franġisku esprima “l-qrubija spiritwali mill-qalb” tiegħu mal-midruba, ma’ dawk li qed jibżgħu li l-maħbubin tagħhom għadhom ma nstabux, u ma’ dawk kollha li qed jagħtu l-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ. Il-Papa invoka barkiet divini ta’ konsolazzjoni, saħħa u perseveranza fuq dawk kollha milquta mit-traġedja.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, il-Maltempata Danjel daħlet tul il-Mediterran lejn il-Libja, u ħasdet madwar kwart tal-belt ta’ Derna fil-Lvant tal-pajjiż, wara li bil-maltempata faqqgħet d-digi. Mill-inqas elf katavru kienu diġà ġew irkuprati fil-belt ta’ Derna biss, u l-uffiċjali qed jistennew lin-numri ta’ mwiet jista’ jiżdied ħafna. Tas-Salib l-Aħmar qalu li minħabba l-maltemp, qed jestimaw li minn madwar il-pajjiż hemm madwar 10,000 ruħ li huma neqsin.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-09/pope-deeply-saddened-for-loss-of-life-destruction-in-libya.html