Il-Papa iġedded l-appell għar-rispett tal-Liġi Umanitarja f’Gaża

Il-Papa Franġisku ġedded l-appell urġenti tiegħu lill-ġellieda Iżraeljani u Palestinajani biex jieqfu milli jwettqu l-vjolenza u jxerrdu “demm innoċenti”. Dan l-appell għamlu waqt it-talba tal-Angelus tal-Ħadd; fejn il-Papa qed isegwi s-sitwazzjoni fl-Art Imqaddsa “b’ħafna wġigħ, u qed jaħseb b’mod partikolari fit-tfal u l-anzjani”.

“Inġedded l-appell tiegħi għall-ħelsien tal-ostaġġi u nitlob bil-qawwa lit-tfal, l-anzjani, n-nisa u ċ-ċivili kollha ma jkunux vittmi tal-kunflitt”.

Ġedded ukoll l-appell tiegħu għar-rispett tal-Liġi Umanitarja, “speċjalment f’Gaża fejn hemm bżonn urġenti li jiġu ggarantiti kurituri umanitarji u li tiġi salvata l-popolazzjoni kollha”.

“Ħuti”, qal il-Papa, “tant mietu diġà: jekk jogħġobkom ixxerdux aktar demm tal-innoċenti, la fl-art Imqaddsa, la fl-Ukrajna, u lanqas imkien ieħor”. Filwaqt li tenna t-twemmin sod tiegħu li “l-gwerer huma dejjem telfa, dejjem!”. L-Qdusija Tiegħu stieden lil dawk kolha li jemmnu biex nhar it-Tlieta li ġej, 17 ta’ Ottubru, ningħaqdu mal-Knisja fl-Art Imqaddsa għal Jum ta’ Talb u Sawm għall-Paċi. “It-talb huwa forza umli u qaddisa biex topponi l-forza diaboloka tal-mibegħda, tat-terroriżmu u tal-gwerra”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-10/pope-francis-appeal-war-israel-palestine-humanitarian.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading