Minn Daniel Borg …
Illum ir-raba’ Ħadd tal-Avvent jinqara l-Vanġelu tat-tħabbira ta’ Gabriel lil Madona (Lq 1: 26-38) u l-Papa fl-Anġelus jieqaf fuq dan il-vers u propjament fuq il- kelma ‘dell’.
Il-Papa jgħid li fl-art Imqaddsa ix-xemx ma tonqos qatt, u għalhekk id-dell joffri kenn mil-qilla tax-xemx u jserrħek. Id-dell huwa għalhekk simbolu tal-ġentilezza ta’ Alla, li jagħtina kenn, u jserraħna.
Hekk hi l-imħabba ta’ Alla. Hi tagħtina kenn, isserraħna u tagħtina l-ħajja. Imma qatt ma hi imposta fuqna. Alla huwa dejjem hemm għalina, imma ma jġegħlniex. Dan huwa l-mod kif iġib ruħu magħna Alla. Alla wkoll jistedinna nagħmlu bħalu: inħobbu, inħarsu u nirrispettaw lil oħrajn!
Tista’ tara l-post fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02DXXJFWgWqYj7TyJT9hzVS51AsRqWxFnjuVcEeK9rmEWjLxACuodNuCnybgDPCy7el