Jum dinji tar-Rużarju

Print Friendly, PDF & Email

STEDINA BIEX NIPPARTEĊIPA FIL-JUM DINJI TAR-RUŻARJU BI TĦEJJIJA GĦALL-ĠUBLEW 2025

Fl-ittra li fiha tħabbar il-Ġublew tat-Tama 2025, il-Papa Franġisku wera x-xewqa li l-2024, tkun sinfonija kbira ta’ talb. Huwa talab lill-Verġni Marija biex takkumpanja lill-Knisja fit-tħejjija tagħha għal din il-ġrajja tal-grazzja tal-Ġublew”.

Il-Forum Pan-Ewropew, bi tweġiba għal din it-talba, u flimkien mal-Konfraternitajiet Dumnikani tar-Rużarju Mqaddes, ippjana mument ta’ talb ta’ solidarjetà mad-dinja kollha ċċentrat fuq it-talb tar-Rużarju Mqaddes.

L-attività, imsejħa Jum Dinji tar-Rużarju, se ssir fis-7 ta’ Ottubru 2024, tifkira tal-Verġni Mqaddsa tar-Rużarju, u huma mistiedna jipparteċipaw fiha l-fratellanzi Kattoliċi differenti kollha preżenti fil-ħames kontinenti, kif ukoll, fejn possibbli, is-Santwarji Marjani.

Il-Fratelli jkunu jistgħu jinġabru fil-lokalitajiet tagħhom għat-talba tar-Rużarju Mqaddes; ilkoll flimkien u b’intenzjoni waħda, possibilment ukoll wara li jkunu ħadu sehem fis-sagrificcju tal-Quddiesa. Hekk f’24 siegħa nkunu għamila kuruna ta’ rużarju madwear id-dinja kollha.

Il-proġett ġie ppreżentat lid-Dikasteru tal-Evanġelizzazzjoni, li offra l-użu tal-logo uffiċjali tal-Ġublew biex jappoġġja l-inizjattiva.

Il-fratellanzi li jaċċettaw din l-istedina se jkunu jistgħu jirreġistraw fuq il-websajt www.worldrosaryday.com fejn isibu aktar informazzjoni dettaljata.

Tista’ ssib aktar tagħrif fuq il-Ġublew 2025 minn hawn … https://laikos.org/g2025/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading