L-għajta tal-oppressi, xogħol ġdid ta’ Maupal dwar il-Messaġġ tal-Papa għar-Randan

It-tielet tpinġija kbira fuq ħajt u simbolika tal-artist tat-triq Maupal, imwieled Mauro Pallotta, maħruġa mid-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-bniedem, hija ddedikata għat-tema tal-“fraternità”. Din it-tpinġija fuq il-ħajt tal-artist famuż, takkumpanja il-Messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2024 sal-festa tal-Għid.

Din ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Frar, u hija t-tielet xbiha ta’ Maupal u hija akkumpanjata minn kwotazzjoni mit-test tal-Papa: “Anke llum l-karba ta’ tant ħutna magħkusa titla’ s-sema. Ejjew nistaqsu lilna nfusna: qed tasal għandna wkoll? Tqanqalna? Iċċaqlaqna?”

Il-Messaġġ tal-Papa għar-Randan għal din is-sena, ppreżentat fl-1 ta’ Frar, għandu bħala t-tema tiegħu: “Permezz tad-deżert Alla jmexxina lejn il-libertà”. Din hija mnebbħa mis-silta mill-Ktieb tal-Eżodu: “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar” (Eż 20,1-17).

Il-libertà kienet it-tema ċentrali tat-tieni xogħol ta’ Maupal. “L-eżodu tar-Randan” – jispjega f’nota qasira d-Dikasteru mmexxi mill-Kardinal Michael Czerny – “jgħinna ninħelsu mill-jasar. Alla jsostni t-tama tagħna – permezz ta’ vjaġġ ekkleżjali, komunitarju u personali ta’ konverżjoni – biex imexxina lejn l-art li Hu jrid jagħtina”.

Filwaqt li fl-ewwel tema, l-artist għażel li jpinġi x-xbieha tal-Papa Franġisku jimbotta karretta li fiha ‘xkora’ tal-fidi. Jpinġi deżert ta’ msiemer li jirrappreżenta l-idoli qodma u ġodda, l-ħabsijiet kollha tagħna. “Dawn l-ostakli ta’ tingiż jistgħu jtaqqbu r-rota tal-karretta imma bil-qawwa tal-fidi, dawn jisparixxu u jiftħu t-triq: it-triq issir prattikabbli għal kulħadd u l-għan jintlaħaq”, qal l-artist Mauro Pallotta.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/it/vaticano/news/2024-02/quaresima-messaggio-papa-maupal-dicastero-sviluppo-integrale0.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading