Is-Sibt, 30 ta’ Marzu 2024: Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet. Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta.
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
First of all, a warm greeting to our Cathecumens that will receive baptism shortly. I promise you this is a very short homily so that you will be encouraged to return to the Eucharist every Sunday. Nixtieq ukoll insellem ukoll lin-Neokatekumeni li llum bil-libsa l-bajda, qed iġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija bħalna lkoll, wara konklużjoni feliċi ta’ itinerarju twil u ta’ impenn. Nirringrazzjaw lil Alla ta’ dawn id-don li qed jagħtu l-Knisja.
I would like to greet everyone of you, dear pilgrims, dear friends, who do not understand our beautiful Maltese language. U nixtieq ukoll insellem lill-poplu Malti u Għawdxi u lil kull min qed isegwina anke permezz ta’ TVM+ u pjattaformi oħra diġitali u analogi.
In-nisa kienu qed iħejju biex jidilku bil-fwieħa u bil-balzmu katavru għażiż, ġisem mejjet, imma sabu qabar vojt. Minflok sabu anġlu liebes libsa bajda bħas-silġ, jgħidilhom: “Tibżgħu xejn intom għax jiena naf li qegħdin tfittxu lil Ġesù li kien imsallab. Mhuwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal. Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed. U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li hu qam mill-imwiet (Mt 28:5-7).
L-anġlu jagħti lil dawn in-nisa twajbin il-messaġġ li llum jimla l-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna b’ferħ profond. “Qam mill-mewt” (Mt 28:7).Ma reġax lura mill-mewt imma qam mill-mewt. Għadda mill-mewt. Miet tassew. Imma fil-qawmien tiegħu, il-mewt ta’ kull wieħed u waħda minna, tal-għeżież tagħna li marru qabilna, minflok ħajt tat-tmiem saret bieb li jagħti għall-ħajja. “Qam mill-mewt” (Mt 28:7).
Il-qabar tiegħu hu vojt biex l-ebda qabar ma jbeżżgħana. Inikkitna u jbikkina – iva – imma ma jbeżżgħaniex. Ejja nirringrazzjaw lill-Mulej illum talli fl-ubbidjenza tiegħu lejn il-Missier għadda mill-mewt ħarxa tas-salb, minn dak il-bieb ta’ umiljazzjoni, turufnament, persekuzzjoni u tortura, mill-kanċellazzjoni fiżika tal-eżistenza tiegħu. Għadda minn dan kollu biex aħna jkollna l-ħajja u l-ħajja fil-milja kollha tagħha.
Illum Ġesù jgħidilna din it-tislima u jagħtihielna. “Is-sliem għalikom” (Ġw 20:19) Il-paċi li jagħti Ġesù ħadd ieħor ma jista’ jagħtiha għax il-paċi tiegħu mhix paċi rħisa. Hi l-paċi li ġejja mill-imħabba li ma tibżax mis-salib u mmarkata bl-ubbidjenza lejn il-Missier.
“Tibżgħu xejn” (Mt 28:7). Din l-istedina li ma nibżgħux jirrepetiha anke Ġesù wara li semgħuha mill-anġlu. “Tibżgħu xejn. Do not be afraid” (Mt 28:7). These words of Jesus are also addressed to you, dear Cathecumens. As you start your life as Christians, that you belong to him, to his cross and to his resurrection, to his family, friends and sinners. You are joining the family of Jesus, of his disciples, you are marked with the sign of the cross, but also the chrism of his spirit, the spirit of truth, the spirit of love, the spirit of justice.
Ejja nirringrazzjaw lill-Mulej illum talli fl-ubbidjenza tiegħu lejn il-Missier għadda mill-mewt ħarxa tas-salb… Għadda minn dan kollu biex aħna jkollna l-ħajja u l-ħajja fil-milja kollha tagħha.
Today you pass, because this is your passover: from death to life, from sin to grace, from darkness to light. And we join you as we confirm our sense of belonging to the Church, the family of Jesus Christ, we acknowledge our radical need of him. We renounce Satan again because we need to do it again and again. But we also accept him, the Father, the Son and the Holy Spirit, again and again and again.
And as we receive the blessed gift of the body and blood of our Lord Jesus Christ, we are one with him, and with one another. The Church today is reborn. This is a new beginning. Let us rejoice in the Risen Lord.
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
Qari I: Ġen 1:1 – 2:2
Salm: 103 (104):1-2a,5-6,10,12,13-14,24,35ċ jew 32 (33):4-5,6-7,12-13,20,22
Qari II: Ġen 22:1-18
Salm: 15 (16):5,8,9-10,11
Qari III: Eż 14:15 – 15:1
Salm: Eż 15:1-2,3-4,5-6,17-18
Qari IV: Is 54:5-14
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11,12a,13b
Qari V: Is 55:1-11
Salm: Is 12:2-3,4bċd,5-6
Qari VI: Bar 3:9-15,32 – 4:4
Salm: 18 (19):8,9,10,11
Qari VII: Eżek 36:16-17a,18-28
Salm: 41 (42):3.5bċd; 42 (43):3,4 jew 50 (51):12,13,14-15,18-19
Qari VIII: Rum 6:3-11
Salm: 117 (118):1-2,16ab-17,22-23
L-Evanġelju: Mk 16:1-7
Sors: www.knisja.mt