Waqt l-Udjenza Ġenerali tat-3 ta’ April 2024, fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku semma suldat żagħżugħ ta’ 23 sena li miet fil-gwerra fuq Ukrajina.
Ma ninsewx l-Ukrajna, marturjata b’tant imwiet!
F’idi għandi kuruna tar-rużarju u ktejjeb tat-Testment il-Ġdid li ħalla warajh wieħed suldat li miet fil-gwerra. Alexander, ġuvnott ta’ 23 sena. Alexander kien jaqra t-Testment il-Ġdid u s-Salmi. Fil-Ktieb tas-Salmi, kien immarka dan il-vers minn Salm 129: “Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej. Isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!
Dan il-ġuvnott ta’ 23 sena miet f’Avdiïvka, fil-gwerra. Kellu ħajja quddiemu. U dawn li għandi f’idi, huma l-kuruna tiegħu u t-Testment il-Ġdid tiegħu, li kien qara u jitlob bihom.
Nixtieq nagħmlu ftit ħin ta’ silenzju. F’dan il-mument, kulħadd, jaħseb f’dan il-ġuvnott u f’tant oħrajn bħalu, li mietu f’dan il-ġenn tal-gwerra. Il-gwerra dejjem teqred! Ejjew naħsbu fihom u nitolbu għalihom.