Il-Ħajja f’Għawdex, Aprl 2024, Nru 1057

Ma jistax jonqos li r-Rivista ta’ Għawdex tkun minn ta’ quddiem li ssellem u tifraħ lill-President il-ġdid ta’ Malta Dr Myriam Spiteri Debono, li hi t-tielet wild Għawdxija f’din l-ogħla kariga tal-pajjiż. L-Editorjal jaqbad mill-ewwel diskors tagħha lin-Nazzjon, imnebbaħminn kif introduċiet ruħha bħala “ċittadina Maltija minn Għawdex”.

Il-ħarġa tonora wkoll il-gastronomija Għawdxija u l-isforzi tar-Kunsill Reġjonali biex ipoġġiha fuq pjattaforma dinjija. Flimkien ma’ ħafna aħbarijiet interessanti mill-gżira, speċjalment ta’ avvenimenti li seħħu fiż-żmien tar-Randan u l-Għid, naqraw ukoll dwar id-90 sena mill-ftuħ tal-Oratorju
Don Bosco, waħda mill-aktar opri soċjali attivi f’Għawdex, kif ukoll dwar kif f’Marsalforn darba kien hemm torri ieħor tad-difiża li llum ma għadux jeżisti.

https://www.facebook.com/ilhajjafghawdex

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading