Minn Daniel Borg
Il-Papa llum fil-priedka li għamel waqt il-vjaġġ appostoliku tiegħu fil-Belġju jitkellem dwar il-qari tal-lum u dwar il-fatt li Alla ma għandux limitazzjonijiet x’ħin jiġi biex jagħżel lill-persuni għall-ħidma tiegħu.
Hekk kien Mose’ fl-ewwel qari (Num 11:25-29) li jieħu pjaċir bil-fatt li għalkemm tnejn minn nies ma kienux magħhom fit-tinda, xorta niżel fuqhom l-Ispirtu ta’ Alla u bdew jipprofetizzaw. L-istess Ġesu’ x’ħin jgħid lil Ġwanni biex ma jkeċċix raġel li kien qed ikeċċi lix-xjaten f’ismu. Aħna lkoll bil-magħmudija rċevejn missjoni fil-Knisja. Il-Komunita’ nisranija mhix xi komunita’ ta’ privileġġjati, imma familja. Aħna lkoll msejħin li nxandru l-Vanġelu lil kulħadd u mingħajr ebda pretensjoni, minkejja l-limitazzjonijiet kollha tagħna. U jekk naraw oħrajn li qed jimxu wara din is-sejħa bħalna, għandna nkunu ferħana, għax hekk se tkompli tikber is-Saltna ta’ Alla.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid09ETu9aoza4dyGMbHEjNhnbbiQotGm782dNixG9F52u1sTNUzTraEmJoiKsJz7dpsl