Kitba ta’ Joe Galea
Tifla jisimha “Luce” li jfisser “Dawl”. Għajnejha sbieħ u mimlija dawl. Liebsa raincoat, li tipproteġiha fil-maltemp u żarbun tat-tajn biex fil-mixja tagħha jgħinha mid-diffikulta. Fuq sidirha mdendel salib u f’idejha qed iżżomm bastun tal-pellegrini.
LUCE HIJA SIMBOLU TA’ MERĦBA U KOMUNJONI

Għajnejn ‘Dawl’ huma kbar u jilmgħu hekk li jevokaw it-tama li titnissel fil-qalb tal-pellegrin u juru x-xewqa għall-ispiritwalità u r-rabta ma’ Alla, kif ukoll iwasslu messaġġ universali ta’ paċi u fraternità.
Il-mascot ‘Dawl’ hu parti minn kuntest iktar wiesgħa, maħsub biex jinvolvi l-ġenerazzjonijiet il-ġodda u jippromwovi d-djalogu bejn il-bnedmin kollha. ‘Dawl’ mhux biss tirrappreżenta l-Ġublew, iżda tibqa’ simbolu ta’ merħba u ta’ komunjoni.

kif ukoll minn hawn … https://gublew.org/