KONĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA SOLENNI
BĦALA KONKLUŻJONI TAL-ĠUBLEW DINJI TAL-KLERU
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru
Il-Ħamis, 23 ta’ Frar 1984
1. “L-ispirtu ta’ Sidi l-Mulej fuqi, / għax il-Mulej ikkonsagrani / biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, / bagħatni ndewwi l-qalb miksura, / biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, u lill-ħabsin il-ftuħ tal-ħabs; / biex inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej” (Iż 61, 1-2).
Għeżież ħuti fil-grazzja tas-sagrament tas-saċerdozju!
Sena ilu jien dort lejkom bl-Ittra għall-Ħamis ix-Xirka tal-1983, billi tlabtkom biex tħabbru, flimkien miegħi u mal-isqfijiet kollha tal-Knisja, is-Sena tar-Redenzjoni: il-Ġublew straordinarju, is-sena tal-ħniena tal-Mulej.
Illum nixtieq niżżikom ħajr għal dak li għamiltu, sabiex din is-sena, li tfakkarna l-1950 anniversarju tar-redenzjoni, issir tassew «is-sena tal-ħniena tal-Mulej», is-Sena Mqaddsa, Fl-istess ħin, waqt li niltaqà magħkom f’din il-konċelebrazzjoni, li fiha jilħaq il-quċċata l-pellegrinaġġ tagħkom f’Ruma fl-okkażjoni tal-Ġublew, nixtieq inġedded u napprofondixxi fl-istess ħin magħkom il-kuxjenza tal-misteru tar-Redenzjoni, li hija s-sors ħaj u vivifikanti tas-saċerdozju sagramentali, li fih kull wieħed minna jieħu sehem.
Fikom, hawn miġbura, mhux biss minn l-Italja, imma wkoll minn Pajjiżi u kontinenti oħra, nara lis-saċerdoti kollha:il-presbiterju kollu tal-Knisja universali. U nindirizzakom ilkoll bl-inkuraġġiment u bl-eżortazzjoni tal-ittra lill-Efesin: «Ħuti, jien inħeġġiġkom biex timxu sewwa skont is-sejħa li biha kontu msejħa» (Ef 4, 1).
Hemm bżonn li aħna wkoll, imsejħin biex naqdu lill-oħrajn fit-tiġdid spiritwali tas-Sena tar-Redenzjoni, niġġeddu, permezz tal-grazzja ta’ din is-Sena, fil-vokazzjoni beata tagħna.
2. «Inkanta bla nieqaf il-grazzji tal-Mulej».
Dan il-versett tas-Salm responsorjali (Sal 89 (88), 2) tal-liturġija tallum ifakkarna li aħna b’mod għal kollox speċjali «ministri ta’ Kristu u amministraturi tal-misteri ta’ Alla» (1 Kor 4,1), li aħna bnedmin tal-ekonomija divina tas-salvazzjoni li aħna «strument» konxju tal-grazzja, jiġifieri tal-azzjoni tal-Ispirtu Santu fil-qawwa tas salib u tal-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu .
X’inhi din l-ekonomija divina, x’inhi l-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, grazzja li ried jorbot sagramentalment ma’ ħajjitna saċerdotali u mas-servizz tagħna saċerdotali, ukoll jekk imwettaq minn bnedmin hekk foqra, hekk ma jixirqilhomx? Il-grazzja – kif jipproklama s-salm tal-liturġija tallum – hija xhieda tal-fedeltà ta’ Alla stess għal dik l-imħabba eterna, li biha huwa ġab il-ħolqien, u b’mod partikulari lill-bniedem, f’Ibnu etern.
Is-Salm jgħid: «tjubitek tibqà sħiħa għal dejjem; bħas-smewwiet int wettaqt il-fedeltà tiegħek» (Sal 89 (88), 3).
Din il-fedeltà ta’ mħabbtu – tal-imħabba ħanina – u mbagħad il-fedeltà għall-patt, li Alla ikkonkluda, sa mill-bidu, mal-bniedem, u li ġedded bosta drabi,għalkemm il-bniedem bosta drabi ma baqax fidil għal dan il-patt.
Il-grazzja hija mela don pur tal-imħabba, li biss fl-imħabba stess, u fl-ebda ħaġ’oħra, issib ir-raġuni u l-motivazjoni tagħha.
Is-salm jeżalta l-patt, li Alla għamel ma’ David u fl-istess ħin, grazzi għall-kontenut messjaniku, huwa jirrivela kif dak il-patt storiku huwa biss stadju u preannunzjazzjoni tal-patt perfett f’Ġesù Kristu: «Hu jsejjaħli, int missieri, Alla tiegħi, fortizza u salvazzjoni tiegħi» (Ivi 27).
Il-grazzja, ladarba don, hija l-bażi tal-elevazzjoni tal-bniedem għad-dinjità ta’ iben addottiv ta’ Alla fi Kristu, Iben uniġenitu.
«Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tjieba tiegħi; b’ismi tissaħħaħ il-qawwa tiegħu» (Ivi 25).
Propju din il-qawwa, li ġġiegħel isiru wlied Alla (dawk l-ulied li dwarhom jitkellem il-prologu tal-Vanġelu ta’ Ġwanni), il-qawwa kollha feddejja hija msawba fuq l-umanità fi Kristu, fir-redenzjoni, fis-salib u fil-qawmien mill-imwiet. U aħna – qaddejja ta’ Kristu – aħna l-amministraturi.
– Saċerdot: bniedem tal-ekonomija feddejja.
– Saċerdot: bniedem immudellat mill-grazzja.
– Saċerdot: amministratur tal-grazzja!
3. «se nkanta bla waqfien il-grazzji tal-Mulej».
Propju din hija l-vokazzjoni tagħna. F’dan tikkonsisti l-ispeċifità, l-oriġinalità tal-vokazzjoni saċerdotali. Din hija radikata b’mod speċjali fil-missjoni ta Kristu nnifsu, ta’ Kristu-Messija.
«L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, / għax il-Mulej ikkonsagrani; / biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, / bagħatni ndewwi l-qalb miksura, / biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, / u lill-ħabsin il-ftuħ tal-ħabs . . . / biex infarraġ lill-imnikkta» (Iż 61, 1-2).
Propju fl-intimu ta’ din il-missjoni messjanika ta’ Kristu-Saċerdot hija radikata wkoll il-vokazzjoni u l-missjoni tagħkom: vokazzjoni u missjoni tas-saċerdoti tal-Patt il-ġdid u etern. Din hija l-vokazzjoni u l-missjoni tal-ħabbara tal-bxara t-tajba;
– ta’ dawk li għandhom idewwu l-ġrieħi tal-qlub umani;
– ta’ dawk li għandhom iħabbru il-ħelsien f’nofs l-inkwiet multiplu, f’nofs il-ħażen li b’tant modi «jżomm» lill-bniedem priġunier;
– ta’ dawk li għandhom isabbru.
Din hija l-vokazzjoni u l-missjoni tagħna ta’ qaddejja. Din hija vokazzjoni u missjoni, għeżież ħuti. Li tiġbor fiha servizz fir-rigward ta’ kull bniedem kbir u fundamentali! Ħadd ma jisà jwettaq tali servizz minflokna. Ħadd ma jistà jissostitwina.. Hemm bżonn li nilħqu bis-Sagrament tal-Patt il-Ġdid u Etern l-għeruq stess tal-eżistenza umana fuq l-art.
Għandna jum wara jum, nintroduċu fiha d-dimensjoni tar-redenzjoni u tal-Ewkaristija.
Hemm bżonn insaħħu l-kuxjenza tal-filjolanza divina permezz tal-grazzja. U liema prospettiva iktar għolja, u liema destin iktar eċċellenti minn dan jista jkun hemm għall-bniedem?
Hemm bżonn, fl-aħħarnett, namministraw r-realtà sagramentali tar-rikonċiljazzjoni ma’ Alla u tal-Komunjoni mqaddsa, li fiha niltaqgħu mal-aspirazzjoni l-iktar profonda tal-qalb umana «insazjabbli».
Tassew, id-dlik saċerdotali tagħna huwa inserit b’mod profond fl-istess dlik messjaniku ta’ Kristu.
Is-saċerdozju tagħna huwa ministerjali. Iva, aħna hemm bżonn naqdu! U «naqdu» tfisser inwasslu l-bniedem fis-sisien stess tal-umanità tiegħu, fl-istess mudullun l-iktar profond tad-dinjità tiegħu.
Propju hemm għandu jidwi – permezz tas-servizz tagħna – dak il- «kantiku ta’ tifħir minflok qalb «imdejqa», biex nerġgħu nutilizzaw darb’oħra l-kliem tat-test ta’ Iżaija (61,3).
4. Għeżież, maħbubin ħuti! Aħna nsibu, jum wara jum u sena wara sena, il-kontenut u s-sustanza, verament inespressibbli tas-saċerdozju tagħna fil-profondità tal-misteru tar-redenzjoni. U jiena nawgura li għal dan isservi b’mod speċjali s-Sena tal-Ġublew straordinarju li ninsabu fiha!
–Ejjew niftħu dejjem usa l-għajnejn – il-ħarsa tar-ruħ – biex niskopru aħjar xi rridu ngħidu niċċelebraw l-Ewkaristija, is-sagrifiċċju ta’ Kristu stess, afdat lil xuftejna u lil idejna ta’ saċerdoti fil-komunità tal-Knisja .
-Ejjew niftħu dejjem usa l-għajnejn – il-ħarsa tar-ruħ – biex nifhmu aħjar xi jfisser taħfer id-dnubiet u tirrikonċilja l-kuxjenzi umani ma’ Alla Qaddis infinitament, ma’ Alla tal-verità u tal-imħabba.
-Ejjew niftħu dejjem usa l-għajnejn – il-ħarsa tar- ruħ – biex nifhmu aħjar xi rridu ngħidu b’noperaw «in persona Christi», f’isem Kristu. Noperaw bil-qawon tiegħu, jiġifieri bil-qawwa li, fl-aħħar minn l-aħħar, tirradika ruħha fl-art feddejja tar-redenzjoni.
-Ejjew ukoll niftħu dejjem iktar wiesà l-għajnejn – il-ħarsa tar-ruħ – biex nifhmu aħjar xinhu l-misteru tal-Knisja. Aħna rġiel tal-Knisja!
«Ġisem wieħed, spirtu wieħed, kif waħda hija t-tama li għaliha issejjaħtu, dik tal-vokazzjoni tagħkom; Mulej wieħed, fidi waħda, Magħmudija waħda. Alla wieħed missier kulħadd, li huwa ‘il fuq minn kulħadd, jaġixxi permezz ta’ kulħadd u huwa preżenti f’kulħadd » (Ef 4, 4-6).
Mela: fittxu «li tikkonservaw l-għaqda tal-Ispirtu permezz tar-rabta tal-paċi» (Ef 4, 3). Iva. Propju dan jiddependi, b’mod partikolari, minnkom, : «Tikkonservaw l-għaqda tal-Ispirtu»!
F’epoka ta’ tensjonijiet kbar, li jheżżu l-ġisem terren tal-umanità, is-servizz l-iktar importanti tal-Knisja jitnissel mill-«għaqda tal-Ispirtu», sabiex mhux biss ma ġġarrabx hija stess firda minn barra, imma tirrikonċilja u tgħaqqad, ukoll, lill-bnedmin f’nofs il-kuntraljijiet li jakkumulaw madwarhom u fihom stess fid-dinja tallum.
Ħuti! Lil kull wieħed minnkom «ingħatat il-grazzja skont il-qies tad-don ta’ Kristu . . . sabiex tedifikaw il-ġisem ta’ Kristu» (Ef 4, 7.12). Ejjew inkunu fidili lejn din il-grazzja! Ejjew inkunu fidili b’mod erojku lejn din il-grazzja!
Ħuti! Id-don ta’ Alla kien kbir għalina, għal kull wieħed minna! Tant li kull saċerdot jistà jiskopri fih innifsu s-sinjali ta’ preferenza divina.
Kull wieħed jikkonserva b’mod fundamentali d-don tiegħu fl-għana kollha tal-espressjonijiet tiegħu: ukoll id-don meraviljuż taċ-ċelibat b’mod volontarju kkonsagrat lill-Mulej – u minnu rċevut – għall-qdusija tagħna u għall-edifikazzjoni tal-Knisja.
5. Ġesù Kristu jinsab f’nofsna u jgħidilna: «Jiena r-ragħaj it-tajjeb» (Ġw 10, 11.14).
Huwa propju Hu li «ħatar rgħajja» lilna wkoll. U huwa hu li jżur il-bliet u l-irħula kollha (cfr. Mt 9, 35), kulfejn nintbagħtu aħna biex inwettqu s-servizz saċerdotali u pastorali tagħna.
Huwa Hu, Ġesù Kristu, li jgħallem . . . ippriedka l-vanġelu tas-saltna u fejjaq il-mard u d-diżabiltà tal-bniedem (cfr. Mt 9, 35), kulfejn aħna nkunu mibgħuta għas-servizz tal-Vanġelu u l-amministrazzjoni tas-sagramenti.
Huwa propju hu, Ġesù Kristu, li kontinwament tiġih ħniena mill-folol u minn kull bniedem għajjien u sfinit, bħal «nagħaġ mingħajr ragħaj» (cfr. Mt 9, 36). Għeżież ħuti! F’din il-laqgħa liturġika tagħna ejjew notolbu lil Kristu ħaġa waħda biss: li kull wieħed minna jagħraf iservi aħjar, b’mod iktar ċar u effettiv, il-preżenza tiegħu ta’ Ragħaj f’nofs il-bnedmin fid-dinja tallum!
Din hija, fl-istess ħin, ħaġa tant importanti għalina, sabiex ma tiġiniex it-tentazzjoni tal-«inutilità», jiġifieri t-tentazzjoni li nħossuna mhux meħtieġa. Għaliex dan mhux veru. Aħna meħtieġa daqs qatt qabel! Ir-Ragħaj it-Tajjeb huwa meħtieġ ferm iktar minn qatt qabel!
Aħna għandna f’idejna – propju f’idejna vojta – il-qawwa tal-mezzi ta’ azzjoni li tana l-Mulej.
Aħsbu dwar il-kelma ta’ Alla, li taqtàl iktar minn xabla li taqtà miż-żewġ naħat (cfr. Lh 1, 12); aħsbu għat-talb liturġiku, b’mod partikulari dak tas-sigħat, li fih Kristu nnifsu jitlob magħna u għalina; u aħsbu fis-sagramenti, b’mod partikolari dak tal-Penitenza, mejda vera ta’ salvazzjoni għal tant kuxjenzi, port li lejh jixxenqu tant bnedmin ukoll ta’ żmienna. Hemm bżonn li s-saċerdoti jagħtu mill-ġdid importanza kbira lil dan is-sagrament, kemm għal ħajjithom spiritwali kif ukoll dik tal-fidili.
Hija ħaġa ċerta, għeżież ħuti: bl-użu tajjeb ta’ dawn il-«mezzi foqra» (imma divinament qawwija) intom taraw jiffjorixxu fi triqtkom il-meravilji tal-ħniena nfinita.
Ukoll id-don tal-vokazzjonijiet il-ġodda!
B’tali kuxjenza, f’dan it-talb komuni, nerġgħu nisimgħu l-kliem li l-Imgħallem indirizza lid- dixxipli: «Il-ħsad huwa kbir imma l-ħaddiema ftit! Nitolbu, mela, lil sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema fil-ħsad tiegħu!» (Mt 9, 37-38).
Kemm hu attwali dan il-kliem ukoll fl-epoka tagħna!
Ejjew mela nitolbu! U titlob magħna l-Knisja kollha! U jalla f’din it-talba tagħna turi ruħha il-kuxjenza mġedda tal-Ġublew, tal-Misteru tar-Redenzjoni.
Fi tmiem din il-laqgħa tagħna, tant għażiża għal qalbi, nixtieq inġedded lil kulħadd it-tislima kordjali tiegħi fil-Mulej u ir-ringrazzjament sinċier tiegħi.
Saludo muy cordialmente a los sacerdotes de lengua española, presentes en esta concelebración. A los procedentes de los diversos Países de América del Sur o de América Central y de México, con particular mención a la representación de sacerdotes de España, la más numerosa de las venidas desde fuera de Italia. Queridos sacerdotes: Que el encuentro con Cristo, en este Año Jubilar de la Redención, renueve plenamente en vosotros la gracia singular que tenéis por la imposición de las manos. Y que os haga vivir, cada vez más fielmente, la comunión eclesial en torno al Papa y a vuestros Obispos.
Je salue les prêtres de France, de Belgique, de Suisse, du Canada, de Djibouti, du Burundi, et des autres pays de langue française, et tous leurs confrères qu’ils représentent. Chers amis, que le Seigneur continue par votre ministère son oeuvre de Rédemption! Qu’il vous donne chaque jour sa force, sa paix, sa joie! Qu’il suscite autour de vous beaucoup d’autres prêtres! Pour l’accueil de ce don de Dieu dans les nouvelles générations, vous avez aussi une responsabilité! Au nom du Christ qui vous bénit, au nom de son Eglise dont il m’a institué Pasteur universel, je vous envoie, pour être les témoins de son amour et de sa sainteté.
It is a joy to note the presence today of groups of priests from Australia, Canada, Denmark, England, India, Ireland, Japan, Kenya, Korea, Malaysia, Nigeria, the Philippines, Sweden, Taiwan, Thailand and the United States. We are here to celebrate the unity of our priesthood and to ask the full fruits of Redemption for ourselves and our people. As we turn our eyes to Jesus, the High Priest of Salvation, we invoke the mercy of God upon the world. We renew our confidence in the One who sent us and pledge our lives anew for the service of Christ’s holy Church.
Liebe Brüder! Bevor wir aus dieser eucharistischen Gemeinschaft wieder auseinandergehen, möchte ich euch noch einmal meine innere Verbundenheit bekunden. Ihr kehrt zurück zu euren Gemeinden und Aufgaben, um mit neuer Liebe und Zuversicht die Heilstaten Gottes zu verkünden und seine Gnadengaben auszuspenden. Dafür begleiten euch und alle eure Mitbrüder in Deutschland, Österreich und in der Schweiz meine herzlichen Segenswünsche und mein Gebet.
Queridos Padres de língua portuguesa: ao saudar-vos com afecto – a vós e a quantos representais – como servidores do Povo de Deus numa vasta área da Igreja, quereria repetir quanto disse na vossa língua aos Padres do Brasil e de Portugal, quando os visitei, e adaptá-lo aos dos outros Países: Angola, Cabo Verde, Guiné-Bissau, Moçambique e São Tomé e Príncipe. Mas só posso dizer, ao abençoar-vos de todo o coração: sede homens de Deus, bons, cordatos e magnânimos, ao serviço dos homens, conscientes de continuar no tempo Cristo, Deus e Homem, nosso Redentor!
Słowo serdecznego podziękowania kieruję do Braci Kapłanów, którzy na uroczystości jubileuszowe Roku Odkupienia u grobu św. Piotra przybyli z Polski.
Niech nadzwyczajny Jubileusz, który przeżywacie na Waszych placówkach duszpasterskich z wiernymi i ta uroczystość rzymska pogłębi w Was i we wszystkich Współbraciach w naszej Ojczyźnie świadomość daru, który Chrystus złożył w Waszych sercach.
Stójcie przy Waszych wiernych i prowadźcie ich pewnie po drodze Odkupienia. B
ądźcie wierni własnemu powołaniu i bądźcie wierni całemu tysiącletniemu dziedzictwu wypracowanemu przez Kościół i Naród pod Krzyżem. Brońcie tego dziedzictwa i rozwijajcie je na miarę naszych trudnych czasów.
Do Waszych parafii i środowisk zanieście moje błogosławieństwo.
Waqt li fl-aħħarnett insellem lis-saċerdoti Taljani kollha irrid nitrażmetti l-awguri kordjali tiegħi lill-konfratelli kollha tagħna li jgħixu fl-Italja u rrid ukoll nafda lilkom għeżież tiegħi u lis-saċerdoti kollha hawn preżenti, kif ukoll lis-saċerdoti tad-dinja kollha, lill-Omm tas-saċerdoti, Omm Kristu, uniku saċerdot il-kbir, u tagħna lkoll li fis-saċerdozju Tiegħu, sagramentalmet, indenjament, nipparteċipaw.
Ikun imfaħħar Ġesù Kristu.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb