Il-Ġimgħa, 11 ta’ April 2025: Waqt il-quddiesa qatt waqaft taħseb fuq is-sinifikat tat-Tieni Qari? Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna se jispjega fi ftit minuti t-Tieni Qari li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.
It-Tieni Qari għall-Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej: Filippin 2:6-11
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin
hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla,
ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,
iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem;
ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem,
biex fl-isem ta’ Ġesù
– fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art –
il-ħlejjaq kollha jinżlu għarrkupptejhom,
u kull ilsien jistqarr:
“Ġesù Kristu hu Mulej”,
għall-glorja ta’ Alla l-Missier”.
Sors: www.knisja.mt