Ftit sfond għall-Bibbja
Kitba ta’ Joe Galea
L-avventura tal-poplu ta’ Alla fit-Testment il-Qadim hi storja mqanqla li minn epoka għal oħra twassal għall-poplu t’Alla llum, il-Knisja li l-għeruq fondi tagħha jibqgħu fil-poplu li Alla għażel fiż-żmien bikri ta’ Abraham, Iżakk, Ġakobb u l-persunaġġi ewlenin l-oħra.
POPLU TA’ NAZZJON WIEĦED
Għalkemm Alla għażel poplu partikulari wieħed, id-disinn tiegħu kien li ma jkunx hemm nies li mhumiex preferuti mill-imħabba tiegħu. Lil-Lhud għażilhom għas-salvazzjoni tad-dinja u mhux għall-glorja tagħhom, jew għax ried li jkunu aħjar minn ħaddieħor. Magħhom għamel wegħda, bħalma jsir bejn żewg naħat li jafdaw lil xulxin fil-libertà. F’din il-wegħda hemm il-ħniena ta’Alla li għaliha kienet mistennija t-tweġiba xierqa tal-poplu. Wegħidhom nisel bla għadd. Il-kwiekeb tas-sema u r-ramel f’xatt il-baħar kienu ħjiel ta’ kemm kellu jkun kotran iI-poplu magħżul. Imma fi ħsieb Alla ma kienx hemm biss il-Lhud, imma I-bnedmin kollha, ta’ kull art u ta’ kull żmien. Kien jeħtieġlu jagħżel poplu minn xi mkien, u għażel lil dak Lhudi. Minn fosthom tefa’ għajnejh fuq persunaġġ, Abram, li kellu jkun missier il-Lhud. Il-Lhud kellhom storja, għexu fuq I-art, għexu fiż-żmien. Imma fil-poplu Lhudi Alla ra I-popli kollha, minn tarf sa ieħor tad-dinja.
Ma kienx il-ħsieb t’AIIa li jwarrab lill-poplu li għażel mill-popli l-oħra, għalkemm ir-reliġjon differenti tagħhom għenet biex huma jiżolaw ruħhom mill-popli l-oħra. Huma qiesu lilI-oħrajn bħala theddida għax kienu lesti biex itellfulhom din il-preferenza minn Alla. Qatt ma fehmu li I-għażla minn AIla se ġġegħilhom ibatu biex jaqdu l-parti tagħhom fost ġnus li kellhom allat mhux qawwijin daqsu. Huma kienu biss I-għodda f’idejn Alla li fdahom. Ir-rakkonti tat-Testment il-Qadim huma mtaqqla bi stejjer fejn il-poplu ma qediex il-ħidma li ried minnu Alla, meta ma weġibx b’fedeltà għas-sejħa tiegħu.
IL-FDAL TAL-POPLU MAGĦŻUL
Għalhekk Alla minn dan il-poplu żamm fdal, parti żgħira minnu, biex bih jibni poplu ġdid. Ma kienx il-fdal ta’ wegħda li m’għadhiex aktar, imma żerriegħa ta’ futur ġdid. Dan il-fdal kien jinħass fl-istorja kollha tal-poplu Lhudi. Fis-sebħ tal-Bibbja Noè li baqa’ ħaj fost iI-bqija li għerqu hu simbolu tal-fdal li kellu jibqa’ fl-għażla li Alla kien għamel. Dan kien qabel ma deher Abraham. F’Noè kienet diġà dehret I-idea ta’ fdal li ’l quddiem Alla se jibni bih poplu mġedded. Elija l-profeta sab ruħu iżolat u wasal biex qal: “U bqajt jien waħdi, u jfittxu li jneħħuli ħajti” (1 Slaten 19, 10). Elija hu figura ċara tal-ftit tajbin li baqgħu iwieġbu b’fedeltà lilAlla u ma ħallewx li jiġu mġarrin mill-kotra.
L-għażla tal-fdal mill-bqija biex titwettaq il-wegħda li Alla kien ftiehem ma’ Abraham tidher ukoll fl-eżilju u fiI-qerda ta’ Ġerusalemm. Il-profeta Isaija, f’kap 10 tal-ktieb li jġib ismu, jagħmel kuntrast mal-wegħda ta’ Abraham: “U mis-siġar tal-masġar tiegħu jibqgħu ftit, u tifel ikun jista’ jgħoddhom” (vers 19). U: “Il-bqija ta’ Iżrael u l-fdal ta’ dar Ġakobb ma jżidux jitwieżnu fuq min sawwathom, imma jitwieżnu fuq il-Mulej” (vers 20). Isaija jsejjaħ lill-poplu biex jerġa’ lura. Profeta ieħor, Amos, juri li dan il-fdal se jkun meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Lhud kienu jippretendu li huma għadhom il-poplu t’Alla mqar meta kienu meħuda l-Babilonja. Imma bil-mod abbandunaw din l-idea. F’għajnejn San Pawl il-fdal kien in-numru żgħir ta’ Lhud Ii missithom il-grazzja t’Alla u li ġew inseriti f’Iżrael il-ġdid.

lmma l-veru fdal tal-poplu t’Alla kellu jidher fi Kristu u f’dawk li fih se jeħilsu mid-dilluvju permezz tal-Magħmudija. Il-fdal b’hekk qisu jinqata’ mill-kuntest Lhudi. Anzi dan iI-fdal hu marbut mal-konverżjoni tal-Lhud għall-Knisja ta’ Kristu. L-episodju tat-tina I-misħuta u I-parabbola tal-bdiewa qattiela juru d-dispjaċir ta’ Kristu li I-Lhud, il-poplu t’Alla, ma laqgħux il-grazzja li ngħatat lilhom minn daqshekk kmieni. Il-Vanġelu jgħid li I-Lhud fehmu għalxiex ried jgħidilhom. Issa I-missjoni li Alla ried jafda lil-Lhud ġiet mogħtija lill-Knisja, iI-poplu ġdid ta’ AIla, li hu miftuħ għall-ġnus kollha. Filwaqt li l-Lhud rabtu l-għażla tagħhom ma’ sens ta’ nazzjonaliżmu, il-Knisja ta’ Kristu tagħmel tagħha tassew is-sinjal ta’ kotra bħall-kwiekeb tas-sema u r-ramel ta’ xatt il-baħar.
ll-Lhud bħala poplu ma fehmux li tagħhom kienet sejħa ta’ fidi. Abraham kellu jkun missier ta’ komunità li temmen. Alla ried minnu tweġiba ta’ impenn u ta’ fidi. Talab minnu fidi bla kundizzjoni, xi ħaġa li kienet il-karatteristika t’Alla fir-relazzjoni tiegħu mal-patrijarki. Imma I-Lhud ta’ wara Abraham tbiegħdu minn din I-idea. Intrabtu mad-drittijiet ta’ kull min kien Lhudi u warrbu lill-popli I-oħra, lil min ma kienx Lhudi. Imma s-sejħa ta’ Alla ma kellhiex tilħaq biss lil Iżrael, biċ-ċirkonċiżjoni (rit ta’ dħul fil-komunità) li kull Lhudi kellu jgħaddi minnha. Bi Kristu s-sejħa għas-sehem fis-saltna kienet għall-popli kollha, huma fejn huma.
‘Iżrael’ tfisser “int kont b’saħħtek quddiem Alla”. L-isem mogħti lil Ġakobb, ‘Iżrael’, sar ifisser it-tnax-il tribu ta’ Iżrael, ulied Ġakobb. Maż-żmien it-tribujiet tan-naħa ta’ fuq infirdu u ffurmaw is-saltna ta’Iżrael, u b’hekk ‘Iżrael’ saret kelma b’sens politiku u militari. Fl-eżilju l-kelma ħadet mill-ġdid sens reliġjuż, bħala tifkira taI-imgħoddi glorjuż, u saret espressjoni ta’ rebħa għal-Lhud. San Pawl fil-vokabularju tiegħu jagħti lil ‘Iżrael’ tifsira teoloġika. Huma dawk li jemmnu, ulied Abraham permezz tal-fidi, li issa Alla orjentahom Iejn il-wegħda ġdida ta’ Kristu.
Kristu ġie, il-fdal komplet, it-temmija tal-wegħda t’Alla, bniedem wieħed Ii waħdu kien kollox, I-uniku wieħed li seta’ jkun iż-żerriegħa xierqa u definittiva tal-poplu l-ġdid rappreżentat fil-Knisja ta’ Kristu. II-Knisja, min-naħa tagħha, hi l-fdal denn saI-aħħar tad-dinja u wkoll wara, u tiġbor lil dawk kollha mifdijin minn Kristu. Dan filwaqt li l-poplu l-qadim ta’ Alla ma kienx biss figura tal-poplu l-ġdid, u allura xi ħaġa tal-imgħoddi, imma kien ukoll parti minnu.
L-ASSEMBLEA
ll-Knisja hi assemblea, bħalma l-poplu l-qadim kellu l-assemblea t’Alla. Mosè għaqqad it-tribujiet ta’ Iżrael u ħareġ mill-Eġittu lill-kotra li kien hemm madwar kull tribù.Din kienet tissejjaħ l-‘assemblea tad-deżert’. Flimkien kienu jfakkru festi importanti. ’Il quddiem il-profeti ħabbru li din l-assemblea mhux se tibqa’magħluqa biss għal poplu wieħed, imma kellha tkun għall-ġnus kollha. Dan beda meta l-Knisja ta’ Ġerusalemm ħadet iI-post tal-assemblea li kienet twaqqfet fiKangħan wara r-rebħa ta’ Ġożwèhekk kif il-Lhud daħlu fl-art imwiegħda. Din l-assemblea l-ġdida hi l-Knisja ta’ Kristu.
Ta’ min jinnota kif Ġesùried li jkun mal-Appostli meta huma jkunu fl-assemblea. “U (id-dixxipli ta’ Għemmaws) qamu dak iI-ħin u reġgħu f’Ġerusalemm u sabu miġmugħin lill-ħdax u lil sħabhom” (Lq 24, 33). U “dakinhar filgħaxija, l-ewwel jum tal-ġimgħa, waqt li l-bibien ta’ fejn kienu d-dixxipli kienu maqfulin minħabba l-biża’ tal-Lhud, ġie Ġesù u waqaf fin-nofs u qalilhom: ‘Is-sliem għalikom.’” (Ġw 20, 19). L-Assemblea taI-Appostli tissejjaħ ukoll il-miġemgħa tal-Ħadd, kelma li hi familjari għalina. “Meta wasal Jum il-Ħamsin, kienu kollha miġmugħin flimkien f’post wieħed, u minnufih instema’ ħoss ġej mis-sema…” (Atti 2, 1).
Aktar ma I-Bibbja tasal fl-għeluq tagħha u nersqu lejn l-Ittri tal-Appostli u lejn l-Atti, naraw li l-Knisja mhix ‘assemblea’ limitata għal Ġerusalemm jew għal xi assemblea lokali, imma hi l-Knisja fir-realtà universali, li tassew qed twieġeb għall-komunità universali.
Meta niddeskrivu l-ħajja tal-ewwel komunità, dan ifisser li nkunu xhieda tat-twelid tal-Knisja. Iż-żerriegħa tinsab fil-Knisja ta’ Ġerusalemm, li f’dak iż żmien kienet tħaddan il-Knisja kollha u kellha l-karatteristiċi tal-Knisja universali. L-Ispirtu s-Santu nebbaħ lill-ewwel Insara bil-veritajiet fundamentai tal-fidi Nisranija, jiġifieri li Ġesù hu Alla, li s-salvazzjoni ġejja permezz tal-mewt tiegħu, li l-qawmien tiegħu jibqa’ jagħtina l-ħajja bil-Magħmudija u bl-Ewkaristija. Huma bbażaw dan fuq it-Testment il-Qadim, li issa t-tifsira tiegħu saret ċara quddiemhom.
Pietru, fit-tagħlim tiegħu u fiż-żjajjar lill-konvertiti l-ġodda, wera ruħu l-kap tat-Tnax. Il-persekuzzjoni ġegħlithom jitferrxu u jmorru joqogħdu fin-naħat tal-Galilija, tal-Lhudija u tas- Samarija, fejn saru missjunarji tal-Evanġelju. L-ewwel Insara, li kienu ta’ oriġini Lhudija, baqgħu jmorru fit-tempju, jitolbu u jiġu mgħallma mill-appostli.
Kienu jitolbu wkoll ġo djar privati, u l-kap tal-miġemgħa kien itenni l-kliem li Kristu qal waqt l-Aħħar Ikla fuq il-ħobż u l-inbid. Il-ħsieb kien li jfakkru s-sagrifiċċju tas-salib sa ma Kristu jerġa’ jiġi. L-Ewkaristija kienet għaqda tal-qlub u ta’ għajnuna materjali lil xulxin. Kienet imfissra billi jaqsmu l-ġid bejniethom bħal aħwa. Kienet simbolu profetiku ta’ monaċiżmu, ta’ żminjiet ta’ ferħ messjaniku, ta’ applikazzjoni soċjali tal-barkiet tas-sema. Għandna l-personalità qawwija ta’ Stiefu fi żmien meta l-persekuzzjoni ma ħafritilhiex lill-Knisja: “Dak iż-żmien, qamet persekuzzjoni kbira kontra l-Knisja ta’ Ġeruralemm” (Atti 8, 1). U wkoll: “Dik il-ħabta tefa’ Erodi jdejh fuq xi wħud mill-Knisja biex jaħqarhom. Qered lil Ġakbu, ħu Gwanni, bis-sejf. Meta ra li dan għoġobhom lil Lhud, qabad ukoll lil Pietru” (Atti 12, 1-3).
Il-Knisja, fit-tbatija, ma sofrietx l-uġiegħ tal-agunija tal-mewt, imma sofriet l-uġiegħ tal-ħlas tat-twelid. Wara l-persekuzzjoni ġie żmien ta’ paċi. L-Evanġelju twassal lill-pagani u l-Lhud Insara fehmu li l-Knisja mhix biss għalihom. Il-Konċilju ta’ Ġerusalemm żied il-għana tal-Knisja, li ħarset ’il quddiem biex tkompli x-xewqa ta’ Kristu, ir-Ragħaj it-tajjeb, li talab li l-Knisja tkun merħla waħda: “… biex ikun hemm merħla waħda u ragħaj wieħed” (Ġw 10, 16).