Żgħażagħ tal-Kummissjoni Djoċesana tat-Tfal fl-aħħar laqgħa mal-Arċisqof Scicluna

07/08/2025: Grupp ta’ żgħażagħ kellhom l-aħħar laqgħa mal-Arċisqof Charles Scicluna bħala membri tal-Kummissjoni Djoċesana tat-Tfal (KDT).

Dan wara li ġie fi tmiemu il-vjaġġ fi ħdan il-KDT wara li ilhom membri attivi għal dawn l-aħħar disa’ snin. Kien proprju Mons. Scicluna li hekk kif laħaq Arċisqof ta’ Malta xtaqt li l-Kummissjoni tkompli tikber u tissaħħaħ b’aktar membri minn parroċċi differenti. 

Il-laqgħa, li kienet emozzjonanti kemm għall-membri kif ukoll għall-Arċisqof stess, saret fil-Mellieħa bħala parti minn live-in ta’ tislima lil dawn il-membri mħejji mill-Kummissjoni.

Fil-messaġġ tiegħu liż-żgħażagħ, l-Arċisqof Scicluna ħeġġiġhom sabiex ikomplu jiltaqgħu u jgħinu lil xulxin. Huwa tahom il-parir sabiex iħallu d-dinja aħjar milli sabuha, jieħdu ħsieb il-ħbiberija tagħhom, juru rispett bil-kliem u bl-imġiba u fuq kollox, iżommu f’moħħhom biex jagħmlu lil ħaddieħor dak li jixtiequ li ħaddieħor jagħmel lilhom.

Il-laqgħa ntemmet b’sens ta’ impenn sabiex ikomplu jgħixu l-valuri u t-tagħlim li qasmu flimkien matul is-snin.

Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal hi maqsuma f’żewġ sezzjonijiet: KDT u KDT+. Il-KDT hi għal tfal bejn is-7 u t-13-il sena, filwaqt li l-KDT+ hi għal adolexxenti minn 14-il sena ’l fuq.

Din il-Kummissjoni fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta taħdem fuq il-formazzjoni soċjali u spiritwali tat-tfal membri tagħha. Dan isir permezz ta’ diversi attivitajiet bħal weekend live-ins, laqgħat ta’ kull xahar u laqgħat regolari mal-Arċisqof. Minbarra t-tfal, il-Kummissjoni tieħu ħsieb takkumpanja wkoll lill-familji tagħhom b’attivitajiet għall-familja kollha.

Għal aktar dettalji żur il-paġna fuq Facebook u l-Instragram account kdtmalta.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading