L-Ewwel Postijiet: Daniel Borg jikteb dwar il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV waqt l-Angelus tat-22 Ħadd matul is-Sena Ċ
Illum il-Vanġelu (Lq 14,1.7-14) jitkellem minn parabbola li Ġesu’ jgħid waqt ikla hekk kif kien qed jinnota li l-mistednin kienu qed jagħżlu l-ewwel postijiet. Il-Papa jgħid li meta tistieden lil xi ħadd tkun qed tiftaħ qalbek għall-oħrajn, filwaqt li meta tkun mistieden ikollok l-umilta’ li tidħol fid-dinja tal-oħrajn.
Fl-Angelus il-Papa jgħid li din il-ġirja għall-ewwel postijiet tiġri anke illum f’dawk l-okkażjonijiet fejn hu ‘mportanti’ li wieħed jiġi ‘nnotat’. Okkażżjoni li fiha suppost noqogħdu flimkien issir kompetizzjoni! Li npoġġu flimkien fl-Ewkaristija tal-Ħadd ifisser li nħallu r-riedni f’idejn Ġesu’. U hemmhekk Ġesu jarana kif aħna u jkellimna fuq dak li jara, hekk kif ġara meta kien mistieden għall-ikel. Kemm hu mportanti li Ġesu’ jarana bil-ħarsa tiegħu, u naħsbu kif il-ħajja ħafna drabi nġibuha kompetizzjoni, kif naslu għal kollox biex nakkwistaw xi rikonoxximent, u kif għal xejn noqogħdu nqabblu lilna nfusna mal-oħrajn. Għalhekk is-sejħa ta’ Ġesu’ illum, hi sejħa għall-liberta’, sejħa biex naraw verament lilna nfusna kif aħna. Din hi l-liberta’ ta’ min iħossu verament iben ta’ Alla, u li għalhekk jaqdi lill-oħrajn u mhux jistenna li jkun moqdi. Din il-persuna tkun ta’ dawl għall-oħrajn. Il-Papa jistedinna biex il-Knisja tkun dak il-post fejn kulħadd ikun milqugħ, fejn il-postijiet ma jiġux ‘mirbuħa’, fejn Ġesu’ verament jieħu r-riedni f’idejh u jgħallimna l-vera liberta’.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02oi2tu6k8vK7vK1uzrWWbjYUD6CnHYpt2o4nd6rEj5tYgr163fdnYCR8gWxwRpvLXl