Kemm hu ‘iblah/belha’ (kliem Ġesu’ stess) minn ma jżommx il-ħarsa tiegħu/tagħha dejjem ‘il fuq, min iħalli l-ħwejjeġ ta’ kulljum jixorbulu l-enerġiji tiegħu.
Sejrin intemmu llum xahar ieħor, ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju.
Min jaf kienx se jkun dan ix-xahar l-aħħar wieħed tagħna ?
Min jaf fuq kollox aħniex se naslu sa nofsilejl tallum !!!!!!
Ftit tal-jiem ilu smajt fuq ir-radju l-aħbar ta’ xi ħadd li kien miet, u l-avviż kien jgħid ‘b’niket inħabbru l-mewt (nagħtu kaz) ta’ Joe Borg li ġrat il-bieraħ fid-dar TIEGĦU……
ID-DAR TIEGĦU saqsejt jiena, filwaqt li nfqajt nidħaq ?
Hekk għidilhom lil werrieta. Id-dar tiegħek !!!!!
Il-mument li fih tieqaf tħabbat qalbna, dak kollu li qabel konna ngħidu li hu ‘tagħna’, ma jibqa xejn tagħna xejn. Inkredibbli hux……
Nispiċċa niddependu minn dawk ta’ madwarna anki fuq x’libsa se jlibbsuna, jew x’tebut se jagħżlu għalina, jew x’kant se jitkantalna waqt il-Quddiesa tal-funeral.
Bħal bhejjem li jkunu ilhom xhur ma jieklu, ara issa lill-istess ulied, li min jaf kemm ljieli int għamilt ma torqodx minħabba fihom, u min jaf kemm bqajt lura anki fl-ikel biex tarhom li ma jkunu nieqsa mix-xejn, arhom jirritornaw bla telf ta’ żmien l-id card tal-persuna għażiża tagħhom, biex kif jgħaddu t-tliet xhur, bħal bhima li qatt ma tkun kielet f’ħajjitha jmorru għand in-nutar biex jagħmlilhom ir-riċerki, jiftħilhom it-testment, u jieħdu dak li jkun inkitibilhom.
Taf x’nistgħu nieħdu magħna żgur malli mmutu ?
L-OPRI TAJBA LI NKUNU WETTAQNA B’INTENZJONI RETTA.
Ohhhhh x’dijadema mill-isbaħ dawn l-opri li nkunu wettaqna matul ħajjitna se jikkrejaw madwar rasna malli aħna mmutu.
Aħjar dijadema wara li mmutu milli waħda waqt li qegħdin hawn fuq din l-art.
Ġesu’ wiessiegħna: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll” (Mt 6, 19 -21).
