Talb tal-interċessjoni fil-Quddies tal-Għid tal-Imwiet

Talb tal-Komunità fit-2 ta’ Novembru

V …   Ħuti għeżież, nerfgħu it-talb tagħna lil Alla l-Missier li qajjem mill-imwiet lil Ibnu Ġesù Kristu, u nitolbuh jagħti salvazzjoni u sliem lilna u lill-ħutna l-mejtin kollha aħna u ntennu Mulej, inti l-ħajja u l-qawmien tagħna.

1. Għall-Isqfijiet, is-saċerdoti u djakni mejtin, li xandru l-Kelma u qassmu l-Ħobż tal-Ħajja lil ħuthom. Nitolbu

2. Għal dawk li mietu ħtija tal-vjolenza, mibegħda, diżgrazzji jew gwerer. Nitolbu

3. Għal qrabatna, ħbiebna u benefatturi tagħna li ħallew din id-dinja, biex int li waħdek taf il-fidi tagħhom, tagħtihom il-hena u l-mistrieħ. Nitolbu

4. Għalina li nġbarna għal din l-Ewkaristija, biex inġeddu l-fidi tagħna fi Kristu li miet u qam mill-imwiet. Nitolbu

V …   Missier Qaddis, nitolbuk għal ħutna kollha mejtin; agħtihom il-ferħ ta’ dejjem fis-sema u qawwi fina il-fidi f’Ibnek Ġesù Kristu, li fl-Ewkaristija inħabbru l-mewt tiegħu, inxandru l-qawmien tiegħu għall-ħajja, aħna u nistennewh jiġi fil-glorja. Hu li miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading