Dramm miktub minn Joe Borg li gie rrekordjat fl-istudjo “Annos” ta’ Noel Cesare. Is-song, miktuba apposta tkantat minn Lior Schembri u miktuba mill-papa’ tagħha stess, Kenneth flimkien ma’ Fr Karm Debattista. Fid-dramm ħadu sehem 54 attur u attriċi lokali waqt li l-parti prinċipali ta’ Carlo Acutis għamilha Jake Testa. In-narraturi kienu Ivan u Simone Debattista,

L-EWWEL XENA. IL-BIDU TA’ ĦAJTU – TWELID U MAGĦMUDIJA.
(Niftħu billi naraw stampa ta’ Londra, u billi nisimgħu mota tal-BIG BEN li jindika li ninsabu Londra)
- 3 Ta’ Mejju 1991 Carlo twieled f’Londra, l-Ingilterra.
Narratur: Carlo Acutis twieled fil-belt kapitali Ngliża Londra fit-3 ta’ Mejju 1991. Missieru jismu Andrea Acutis waqt li ommu hija Antonia Salzano. Dawn il-membri taż-żewġ familji Acutis u Salzano huma sinjuruni Taljani. Kien minħabba x-xogħol vast tagħhom u tal-familji tagħhom li kienu joqgħodu Londra fejn twieled Carlo. Il-familja ta’ Andrea, missier Carlo taħdem fl-industrija Taljana tal-assigurazzjoni, waqt li l-familja ta’ ommu Antonia huma s-sidien ta’ kumpanija tal-istampar u l-ippublikar. In-nanna ta’ Antonia, omm Carlo kienet imwielda fl-Istati Uniti u familtha kienet sidt ta’ ħafna artijiet fi New York.
Narratriċi: Carlo ġie mgħammed ħmistax il-jum wara jiġifieri fit-18 ta’ Mejju 1991 fil-knisja tad-Duluri ta’ Chelsea ġewwa l-belt kapitali Ngliża. Londra. Il-parrini tiegħu kienu in-nannu Karlu minn-naħa ta’ missieru u n-nanna Luana minn naħa t’ommu. Il-ġenituri ta’ Carlo stqarru li sakemm daħal Carlo fill-familja tagħhom u f’ħajjithom xejn ma kienu reliġjużi. Infatti omm Carlo, Antonia, trabbiet ġo familja sekulari. Għamlet il-griżma meta kienet il-kullegg u żżewwġet ukoll fil-knisja, imma qatt ma marret quddies qabel ma twieled Carlo. MUŻIKA.
Andrea: (Ferħanin bit-twelid ta’ Carlo) Antonia kif tħossok qalbi? Naqaslek xi ftit l-uġiegħ?
Antonia: Ngħidlek issew Andrea’ għadni nħossni xi ftit miġugħa. Tinsiex li kulma għaddew mit-twelid taċ-ċkejken Carlo huma biss tlett ġimgħat. Tibżax ħi kollox jgħaddi u jiġi lura għan-normal.
Andrea: U fix-xogħol tiegħek waqajt xi ftit lura minħabba t-tqala u l-ħlas?
Antonia: Le taf Andrea!! Meta nidħol lura għax-xogħol fi żmien qasir, nerġa niġi f’tiegħi. (Titbissem) Għandi staff li jikkopera ħafna miegħi tant li nżomm kuntatt magħhom u mmexxihom mid-dar. (tħoss weġgħa)
Andrea: U rigward Carlo? Kif sejra miegħu in-Nanny? Qiegħda ssib tarf kif tieħu ħsiebu billi jidher xi ftit imqareb?
Antonia: U mela le miskina, tgħidx kemm tħobbu taf!! Anzi qisu binha. Titkellem miegħu u żżiegħel bih qisu raġel żgħir dak iċ-ċkejken tagħna. Dik il-mara grazzja għalina. U int Andrea, qiegħed xejn lura fix-xogħol tiegħek?
Andrea: Aġġiornato cara. (jitbissem) Ix-xogħol mhux problema għalija. Mela kif tħossok aħjar nħejju kollox ftit ftit Antonia biex għal-Settembru int tkun ħadt saħħtek u nirritornaw lura lejn Milan. Biss inkellmu wkoll lin-nanny ħalli nħejju d-dokumenti tagħha wkoll, passaport etc., X’taħseb?
Antonia: Rigward in-nanny, nieħu ħsieb inkellimha jien Andrea ħi ħalli f’idi! U kif jonqos dan l-uġiegħ u nħossni aħjar, nibda nsorr kollox għal triqitna lura u.. (titbissem) naħseb li tkun deċiżżjoni għaqlija ħafna. (Jidħku)
(MUŻIKA)
IT-TIENI XENA. IMORRU LEJN MILAN
- 8 ta’ Settembru 1991 marru lura f’Milan, l-Italja.
(Naraw slide tad-Duomo ta’ Milan)
Narratur: Andrea, żamm kellmtu għax tlett xhur wara, hu flimkien ma martu Antonia in-nanny u ċ-ċkejken Carlo, irħewlha lejn Milan. F’Milan il-ħajja kienet differenti ħafna minn dik ta’ Londra.
Narratrici: Minbarra l-kultura l-gastronomija u l-mod ta’ għixien in ġenerali, il-klima Taljana kienet differenti minn dik ingliża. Imma l-Acutis ma damux ma aġġustaw ruħhom u s-sistemi tagħhom tant li fi żmien qasir ħassuhom mill-ġdid komdi f’darhom.
Narratur: Iċ-ċkejken Carlo beda jikber u jissaħħaħ. Minn ċkunitu kien juri li hu tifel eċċezzjonali tant li ħafna kienu jħobbu jgħidu lil ommu Antonia, “Carlo mhux tifel normali għax huwa bravu wisq” Dan minħabba wkoll li Carlo kien itaqtaq u ma jieqafx. Fi kliemu kien juri maturita’ enormi u eċċezzjonali.
Narratriċi Ta eta’ żgħira ħafna, u kull sajf, Carlo kien iqattgħu f’Ċentola man-nanniet tan-naħa t’ommu. Wara li Carlo kien iqatta’ l-jum f’xatt il-baħar, Carlo kien imur fil-knisja tal-parroċċa u jingħaqad ma numru ta’ nisa anzjani biex flimkien jgħidu r-Rużarju. Ħdejn il-Bażilika ta’ Santa Margerita t’Antijokja, jiġifieri f’Santa Margerita Ligure, familtu kellha wkoll uopra tal-baħar.
Narratur: Iżda Sajf minnhom, meta kellu tlett snin, u bħas-soltu kien qiegħed jgħix man-nanniet Acutis, in-nanna Luana, in-nannu Antonio u ndokrat ukoll minn Beata, in-nannu Antonio marad, għamlulu l-griżma tal-morda u ftit wara miet. MUŻIKA.
IT-TIELET XENA. WARA L-MEWT TAN-NANNU ANTONIO.
(Għand in-nanna Luana wara l-mewt tan-nannu)
Carlo: (Kurjuż jistaqsi) Nonna dak għaliex in-nannu Antonio ftit jiem ilu għamilnilu l-griżma tal-morda? X’jagħmel eżattament dan is-sagrament, għax miskin in-nannu Antonio xorta miet?
Luana: Il-griżma tal-morda huwa sagrament li jsaħħaħ il-moribond, jiġifieri dak li jkun ser iħalli din id-dinja bħan-nannu Antonio. Il-qawwa ta’ dan is-sagrament, apparti l-ewkaristija, tinsab ukoll fiż-żejt imqaddes li flimkien ma l-Ewkaristija, jgħinu lill-moribond biex jagħmel mewta tajba u fil-paċi. Infatti n-nannu Antonio miet fil-kwiet u trankwill.
Carlo: U magħhom jgħin wkoll it-talb tagħna nonna Luana. In-nannu tlabna ħafna għalih, kemm miegħek kif ukoll ma Beata, biex Ġesu’ jilqgħu għandu fil-ġenna. Anki meta niltaqa’ ma Flavia, kull darba li mmorru l-knisja flimkien ngħidu r-Rużarju, u nisimgħu il-quddies, noffruhom għall-bżonnijiet tal-familjari kollha…u billi n-nannu Antonio kien ikun spiss marid, konna nitolbu ħafna għal-bżonnijiet tiegħu.
Luana: Bravi, bravi ħej Carlo, kemm int kif ukoll kuġintek Flavia. Għandek ħabiba kbira bi Flavia, tifla qaddisa u reliġjuża. Sellili ħafna għaliha sabieħ u għidilha “Qaltlek in-nanna, meta trid tiġi u tqatta’ xi ġranet hawn miegħek, in-nanna Luana tieħu gost ħafna bik. Għidilha taf.”
Carlo: Iva nonna, ngħidilha żgur għax Flavia bħali tħobb il-baħar il-passiġġjati, l-annimali u fuq kollox, it-talb u bħali tisma l-quddies, spiss.
Luana: Isma Carlo, rigward in-nannu Antonio, in-nannu Antonio kien raġel twajjeb, imma xorta waħda rridu nżommuħ fit-talb tagħna mhux hekk?
Carlo: Sewwa qiegħda tgħid nonna, infatti n-nannu qalli biex nitlob għalih.
Luana: X’inhu? Qallek biex titlob għalih? U meta qallek biex titlob għalih sabieħ?
Carlo: Dal-lejl stess nonna!!! In-nannu Antonio qalli biex nitlob għalih!!! Infatti nonna, ara ħa nilbes il-kowt u jekk jogħġbok, ħudni l-knisja ħalli nitlob għan-nannu, li mar il-ġenna biex jara lil Ġesu’.
Luana: Ara Carlo, mhux aħjar inlestilek dak l-ikel li tlabtni biex tqassmu lill-fqar sabieħ, u għandek dawk il-boroż tal-irqad għal dawk ta’ bla saqaf fuq rashom u xi ħaġa tal-flus ukoll. Issa dalwaqt tasal Beata, u tiġi miegħek hi taf. Bħala sinjal ta’ luttu għan-nannu Antonio, għalissa l-knisja mmur biss filgħodu sabieħ.
Carlo: Għaliex nonna tagħmel il-luttu billi tilbes l-iswed u l-knisja tmur filgħodu biss? Mela billi tagħmel hekk, lin-nannu ser iġġibu lura?
Luana: Le mhinix!!! Kemm int intelliġenti qalbi. Huwa biss rispett lejn żewġi mejjet, imma jekk toqgħod taħseb sewwa qed tgħid hux.
Carlo: Ġesu’ Ewkaristija jkun qiegħed jistennik Nonna, Luana!!
Luana: Sewwa qed tgħid Carlo. Imxi nħejju kollox u xħin tiġi Beata, immorru lkoll flimkien. Grazzi Carlo.
Carlo: Beata brava wisq nonna. Kull diffikulta’ li jkolli dejjem nistaqsi lilha, u hija tkun pronta u ssolvili d-diffikultajiet kollha. Veru mara brava u qaddisa. BEATA kienet minn ta’ lewwel li kellmitni dwar Alla, nonna.
Luana Qabel twelidt int Carlo, ommok kienet daħlet biss il-knisja tlett darbiet. Meta għamlet il-praċett, fil-Griżma tal-Isqof u fiż-żwieġ tagħha mal-papa’. Meta mortu Londra, minħabba raġunijiet tax-xogħol int kont fdat f’idejn in-nanny Beata li għada tieħu ħsiebek sa llum.
Carlo: Beata nzertat li kienet nisranija ħafna u prattikanti b’devozzjoni speċjali lejn San Ġwanni Pawlu t-Tieni. Imma l-mama’ u l-papa’ tiegħi jemmnu f’Alla, nonna?
Luana: Iva jemmnu. Imma bħal meta żżomm ma tim tal-futbol. Jekk ma tkunx taf li lagħbu, rebħu jew tilfu, qisu t-tim ma jeżistix mhux hekk? L-istess il-ġenituri tiegħek, ma kienux jipprattikaw it-twemmin tagħhom. Beata kienet li gwidatek għall-ewwel passi lejn il-fidi. Kienet hi wkoll li ħaditek biex tisma quddiesa għall-ewwel darba. Biss qabel ħadet il-permess migħand il-mama’ tiegħek, tafx.
Carlo: U l-mama’ żgur li qalet Iva għax anki hi u l-papa’ qed jiġu l-knisja dan l-aħħar Nonna u jisimgħu l-quddies u jitqarbnu.
Luana: Iva veru, imma kollu bit-talb ta’ Beata u tiegħek sabieħ. Bit-taħditiet mal-mama’ u xi mindaqqiet mal-papa’ wkoll, u eżempji tajba. Bea żergħat f’qalbhom u anki f’qalbek dawn iż-żrieraħ ċkejknin ta’ fidi li maż-żmien bdew jagħmlu l-għeruq u jkabbru l-frott kif sar fik Carlo. (Tisma l-bieb jingħalaq) Waslet Beata.
Beata: Wasalt jien signora Acutis!!! (minn kamra oħra)
Luana: (Tweġibha bil-ħlewwa) Luana!! Luana jien Beata qalbi. Int qisek oħti!!! Ġejjin inkellmuk jien u Carlo tafx!! Ejja Carlo ħalli nfehmuha x’ser nagħmlu sabieħ, biex kif għidtlek, jien niġi magħkom u mmorru nqassmu l-oġġetti u sintendi mmorru nitolbu għan-nannu. (Joħorġu mix-xena u tindaqq il-MUŻIKA.)
IR-RABA’ XENA. FID-DAYCARE CENTRE.
Narratur: Bosta mit-tfal tal-familja Acutis, kienu jittieħdu minn-nannies tagħhom fiċ-ċentri tal-indokrar ta’ matul il-jum. F’waħda minn dawn ll-visti Carlo ġie bbulijat minn tfal oħra. Beata, in-nanny tiegħu pollakka li kellha sehem ħafna fil-ħajja ta’ Carlo, qatgħetu li hu twajjeb iżżejjed u għalhekk ipprovat tgħallmu biex jinqata’ minn dawk it-tfal imqarbin ħalli ma joqgħodux jieħdulu l-ġugarelli tiegħu.
Beata. (Bil-ħlewwa) Carlo sabieħ, int twajjeb bosta. Dawk it-tfal imqarbin ħafna biex toqgħod magħhom. Mhux sewwa li jieħdulek il-ġugarelli jilgħabu bihom qishom tagħhom u lilek iħalluk qisek ċass u ma tgħidilhom xejn.
Carlo: Mhux jilgħabu wkoll iridu Beata!! Jekk m’għandhomx ġugarelli bħal tiegħi msieken? Naħseb li l-anqas biss qatt raw bħalhom.
Beata: Veru li qiegħed tgħid sabieħ imma dawn it-tfal l-anqas biss kienu prudenti u talbuk jekk jistgħux jilgħabu bihom!! Anzi kienu bullies, qabdu u ħaduhom qishom għandhom xi dritt. Psatas. Ma nafx kif ma taqbiżlekx it-tempra Carlo?
Carlo: U x’int tgħid Beata? Ġesu’ ma jkunx ferħan jekk jien nitlef it-tempra. Anzi jien ser ngħidilhom biex dawk il-ġugarelli jieħduhom ħalli jkollhom biex jilgħabu. Inti stess għallimtni, biex min m’għandux, jgħix ma mingħandu. Veru?
Beata: Veru!! Imma jekk tibda tqassam il-ġugarelli kollha li għandek, l-anqas ikollok biex tilgħab. Int qalbek tajba wisq Carl!! Kultant tiskantani anki l-mod kif tagħtihom ir-risposti. Bħal dalgħodu meta l-mama’ qaltlek biex tixtrilek żarbun. “Aħseb f’min m’għandux mama’” u ma ridtux u ħallejtna b’ħalqna miftuħ. (Titbissem)
Carlo: X’għidt ħażin Beata? Xejn għax hekk inħoss. Kemm hawn nies neqsin mill-bżonnijiet f’did-dinja msieken. Nies bil-ġuħ, niex imċerċrin, nies bla fidi f’Alla. Il-Mulej ma jridx dan kollu…anzi jgħidilna itma lil min hu bil-ġuħ, isqi lil min hu bil-għatx, libbes lill-għarwien. Kemm huma sbieħ l-opri tal-ħniena li jolqtu lid-dinja kollha Beata!!
Beata: Carlo sabieħ, dalwaqt isir il-ħin li mmorru lura d-dar. X’ser tagħmel?
Carlo: Dan li ser nagħmel ara Bea!! (Jgħajjat lil bullies) Ignazio, Franċesco, isimgħu ftit!! (Jiġu bit-toys f’idejhom u minn taħt iħarsu lejn Beata) Ta min huma dawk il-ġugarelli li għandkom f’idejkom?
Franċesco: Mhux tiegħek Carlo hux? Dawn tiegħek.
Ignazio: Tiegħek Carlo. Ħadnihomlok ftit għax qatt ma rajna bħalhom. U xtaqna nilgħabu bihom. Ma konniex ser nieħduhomlok taf!! (Jidħku)
Beata: Kontu tkunu aktar prudenti kieku għidtulu jislifhomkom.
Carlo: Veru kieku!!! Imma intom jogħġbukom daqshekk?
Franċesco: Ħafna sbieħ Carlo, ħafna.
Ignazio: Aħna qatt ma rajna bħalhom. Veru bellezza.
Carlo: Mela dawn il-ġugarelli issa tagħkom. Qed nirregalhom lilkom. Ħuduhom!!
Franċesco: Veru Carlo? Int il-veru tifel qalbek tajba!! Grazzi mill-qalb ħabib!!
Ignazio: Qatt ma ltqajt ma tifel bħalek li hu daqshekk ġeneruż Carl. Int l-akbar ħabib tagħna Carlo, għax ferraħtna llum.
Carlo: L-aqwa li ħadtu gost bihom dawn il-ġugarelli. Issa ser inħallukom għax qed jistennewna tad-dar. Tislijiet.
Beata: Is-sliem!!
Franċesco: Tislijiet!!. U grazzi mill-qalb ħabib. MUŻIKA.
IL-ĦAMES XENA. IS-SNIN TAL-ISKOLA 1997. Kellu 6 snin.
Narratriċi: Carlo attenda l-iskola primarja għall-ewwel darba f’Settembru tal-1997, fl-istitut ta’ San Karlo ġewwa Milan, imma billi l-iskola kienet imbiegħda sewwa mid-dar tagħhom, huwa ġie trasferit tlett xhur wara għall-Istitut Marċelline Tommaseo immexxi mis-sorijiet ta’ Santa Marċellina. Fi triqtu lejn l-iskola, ta’ kull filgħodu, huwa kien jieħu nteress partikulari f’dawk il-ħaddiema barranin ta’ nazzjonijiet u djar differenti. Carlo kien jieqaf ikellimhom fejn kien jitghallem wkoll isimhom, jitħaddet fuq il-problemi tagħhom u jieqaf isellmilhom personalment. (Narawħ ikellem lill-ħaddiema. Lewwel lil Mustafa li huwa kennies imma jispiċċa bla xogħol)
Carlo: (Bit-tbissima) Buon ġiorno Mustafa!! Xejn xogħol illum ħabib?
Mustafa: (Imdejjaq) Illum xejn Carlo ħi. Mhux illum biss taf, imma dil-ġimgħa kollha qalli l-imgħallem.
Carlo: (Jisserja) Ħażin Mustafa ħabib!! M’għandekx minn fejn iddabbar xi ħaġa tal-flus minn xogħol ieħor ħi? Kif ser tgħajjex il-familja? Dawk it-tfal x’ser jieklu?
Mustafa: Jien kieku mmidd idi għal kollox Carl, imma mhux faċċli li nsib xogħol ieħor f’daż-żminijiet. Tibżax Carl Allaħ jipprovdi u int itlob ftit għalija.
Carlo: Nitlob ħafna għalikom Mustafa żgur, illum wara l-iskola stess, u barra minn hekk, (Idaħħal idu fil-but) Hawn ħa, aqbad dawn il-flus ħalli jkollok biex titma lit-tfal, Mustafa.
Mustafa: Le Carlo ħi. Grazzi ħafna. Mhux sewwa nieħodomlok. Dawk flusek ħi, żommhom!! U flusi naħdem għalihom jien sabieħ!! Kemm inti qalbek tajba!!
Carlo: Dawn il-pocket money tiegħi Mustafa, u nħossni mdejjaq ħafna jekk ma teħodhomx ħabib. Dawn għat-tfal tiegħek. Mur inġabar ħabib, u ħsieb it-tfal tiegħek. Mur. Bi flusi nagħmel li rrid bihom…le?
Mustafa: Iva veru imma !!!(Carlo jagħmillu sinjal biex jaċċettahom bla kliem) Grazzi ħafna Carlo la qed tinsisti ħabib!! Minn qalbi nirringrazzjak ħabib. (Mustafa jitlaq ferħan. Fil-pront jgħaddu Ignazio, Fausto u Mirco, tfal li kienu fil-klassi ta’ Carlo u bdew jgħajjru lil waħda mill-Indja liebsa s-Sari-libsa Indjana)
Ignazio: (Jidħak) Ara x’ġej l’hawn Fausto u Mirco? Mela ħasbitu l-Carnevale din jew? (Jidħku)
Fausto: Dik tafuha intom? Tafu min hi?
Mirco: Le taf, qatt ma rajtha b’għajnejja. (Jidħak) Kemm qiegħda tajba għandek tgħid!! Qisha s-saħħara tall-foresta. (Jidħku biha)
Fausto: (Jidħak) Dik..Dik Aisha jisimha. Aisha l-indjana!
Ignazio: (Imorru lejha u jduru magħha. Jimbixha) Ajxa, ajxa vera mara najxa, titħaxxken mal-ħajt qisha miexja fuq il-bajd. (Jidħku u jgħidu flimkien)
Kollha: Ajxa ajxa vera mara najxa, titħaxken mal-ħajt, qisha miexja fuq il-bajd. (Jidħku u jirrepetu sakemm jismagħhom u jiġi lejhom Carlo)
Carlo: (Skantat) Dan xi kliem hu Fausto!! Ma tistħux tgħajjru mara kwieta bħal Aisha? Mirco u int ukoll Ignazio, ma tħossukomx redikoli tgħajru ħolqien t’Alla, meta l-anqas biss kellmitkom? Taħsbu li Ġesu’ ser jieħu gost bikom taqbdu magħha? Ħobb lill-proxmu tiegħek bħalek innifsek jgħidilna Ġesu’. Mela Aisha mhix proxxmu tagħna?
Aisha: Ma ġara xejn Carlo. Dawn jiċċajtaw miegħi qedgħin taf!! Xejn gravi. Hux veru tfal? Billi rawni liebsa s-Sari, ħasbuni xi maskarat tal-karnival mid-dehra. (Tidħak imqansħa) Imma dan l-ilbies tagħna, l-Ħindu. Iva veru, kultant inħossni mweġġa’ imma l-aktar meta l-intenzjoni tkun malinja.
Carlo: Kunu maturi ħbieb u iġbru ġieħkom. Itolbuha skuża u mmorru lejn l-iskola bil-kwiet. Ibda int Ignazio.
Ignazio: Skużani sinjura Aisha, u aħfirli.
Mirco: Lili skużani wkoll sinjura Aisha u aħfirli.
Carlo: U int Fausto?
Fausto: Skużani sinjura Aisha. U grazzi lilek ukoll Carlo tal-eżempju tajjeb li tajtna llum. Tlaqna lejn l-iskola issa għax ser naslu tard.
Carlo: Le..le. fadal ftit ħin. Fadlilna ħin biżżejjed biex ngħaddi nsellem lil-ħabib tiegħi Ġesu’ qabel immorru l-iskola. Tiġu miegħi ħbieb?
Fausto: Iva Carlo, niġu zgur! Hux immorru miegħu ħbieb?
Mirco: Da żgur. La hu ħabib tiegħek Carlo, ħabib tagħna wkoll. Tlaqna. (L-ieħor ma jgħid xejn u jmur magħhom.)
Aisha: Minn qalbi niskużakom tfal bravi u nirringrazzjakom. Meta tiltaqħu ma dal-ħabib tiegħek Carlo, selluli għalih.
Carlo: Bil-qalb kollha Aisha. Insellmulek. (Isellmu lil xulxin u jitilqu)
MUŻIKA.
IS-SITT XENA. LEWWEL TQARBINA TA’ SEBA’ SNIN 1998.
- 16 ta’ Ġunju 1998, Carlo rċieva lewwel tqarbina fil-kunvent
tas-sorijiet Romite ta’ San Ambrogio f’Perego, Italja.
Narratriċi: Carlo qatt ma għadda minn quddiem knisja li ma kienx jitlob lil ommu biex jidħol fil-knisja u jsellem lil Ġesu’. Dan l-aġir tiegħu kien ġej ukoll mid-devozzjoni kbira li kellha Beata li kienet tidħol issellem lil Ġesu’ Ewkaristija kull meta tgħaddi minn quddiem knisja.
Narratur: L-istess kienet tagħmel il-kuġina tiegħu Flavia. Quddiem Ġesu’ Sacramentat ta’ spiss kien jiltaqa’ ma Flavia Acutis. Barra li kienu kuġini, kellhom ukoll ħafna doni komuni bħad-devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija, quddies u Rużarju kuljum talb u adorazzjoni minbarra l-karita’ kbira mall-proxxmu. Din il-ħajja tant devota kienet tagħmilhom mhux biss kuġini, imma wkoll l-aqwa ħbieb. Kull meta Carlo kien ikollu xi diffikulta’ araħ jiftaħ qalbu ma Flavia!!! (Fi ġnien qrib il-knisja jkunu diġa’ f’nofs taħdita)
Flavia: (Bil-ħlewwa u t-tbissima) Jiena tlabt għalik Carlo biex din id-diffikulta’ ssolviha ħi!
Carlo: Imma x’parir tagħtini li nagħmel Flav? Inħoss li ma nistax ngħix aktar mingħajr ma nirċevih ġo fija ħi. Ta’ kuljum inħoss nuqqas kbir ġo fija meta nara l-ħaddieħor jitqarben u jien ma nistax!!
Flavia: Naf li għandek raġun Carlo, għax naf kif tħossok. B’Ġesu’ ġo fik ikollok l-akbar grazzja li jista’ jkollok f’ħajtek, kuġin. Imma billi għadek żgħir ma nafx kif tista’ tagħmel dan. Ma nafx x’parir nista’ nagħtik sabieħ!! Għalhekk qed nitlob kuljum għalik Carl biex il-Mulej jilluminak x’tista’ tagħmel. (Fil-pront jilmħu lil Mons Pasquale Macchi riesaq in-naħa tagħhom)
M.Pasquale: Ara dawn iż-żewġ anġoletti ta’ kuġini x’inhuma serji llum!! Jaqaw qed tippjanaw kif ser tagħmlu xi opri ta’ karita’ fil-komunita’? Bravi…bravi e. Ibqgħu għamlu l-ġid għax il-Bambin kuntent ħafna bikom…Ħejj qed nara sew? Mill-bixra tagħkom tidhru xi ftit imħassbin. Sewwa qed ngħid? Jaqaw Carlo?
Carlo: U għax!!!
Flavia: Għax ara Mons. Sewwa qed tgħid. Carlo jinsab inkwetat ħafna. Ħa ngħidlek jien ara!! (Carlo jistħi) Carlo għandu xewqa kbira li jirċievi l-Ewkaristija, imma billi għad m’għandux l-eta’, ma jistax jagħmel il-praċett. Carlo ma jixtieqx joħloq problema, imma ix-xewqa kbira li għandu biex jirċievi lil Ġesu’ Ewkaristija mhix qiegħda tħallieħ bi kwietu!!
M.Pasquale: (Jitbissem) Carlo Carlo!! Jien ili nafek ċkejken ħafna, u naf li għandek ċertu tgħarrif fuq it-twemmin nisrani, l-Ewkaristija l-imħabba lejn il-proxxmu, etc.,Mela ara kif ngħamlu biex Mons Pasquale Macchi (Jipponta subgħajh lejh stess u jitbissem) li huwa jien, ikun qeda’ dmiru sewwa. ejja għada filgħaxija u nagħmillek l-eżami ta’ maturita’ fil-formazzjoni Nisranija. Flavia jekk trid tista’ tiġi miegħu int bħala l-akbar ħabiba ta’ Carlo!!
Flavia: Skond fi x’ħin Padre! Taf li jien bħal Carlo, jkolli t-tqassim tal-ikel u tas-sleeping bags, ngħin ukoll fil-kċina tal-fqar u sintendi, t-talb quddiem l-Ewkaristija.
Carlo: Flavia mħabbta ħafna Monsinjur. Imma m’hemmx għalfejn tkun miegħi taf!! Int m’intix ser tiekolni. (jidħku) Wara kollox jien irrid inwieġbek għall-mistoqsijiet tiegħek, mhux hekk? Għidli fi x’ħin u fejn u niġi zgur!! Ħerqan ħafna biex nirċevi lil Ġesu’ ġewwa fija Padre.
M. Pasquale: Inħallu f’idejn il-Mulej Carlo. Jekk irid Hu, tibda tirċeviħ kuljum sabieħ. Issa ser ikolli nħallikom tafux għax irrid inqarar. Mela għal għada, Carlo.
Carlo: Biss Mons, nixtieq li jekk inwieġeb tajjeb il-mistoqsijiet tiegħek, iċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel tqarbina tiegħi issir f’post nieqes mid-distrazzjonijiet, fis-skiet u l-ġabra.
Flavia: Isma kuġin, ikun fejn ikun, jien niġi taf għall-festa bħal dik!!
Carlo: Tiġi żgur int Flavia. Mela lilek nista’ nħallik barra ħi.
M.Pasquale: Ara dawn kif jagħmlu…lewwel trid tgħaddi mill-eżami, Carl. Fil-kas, imbagħad nirranġa jien biex iċ-ċelebrazzjoni ssir fis-skiet tal-Monasteru ta’ Bernaga, qrib Lecco, fil-kunvent tas-sorijiet Romite ta’ San Ambrogio f’Perego, xi tgħid?
Carlo: Prosit Monsinjur, ma stajtx tissuġġerixxi post aħjar minn dak. Mela għal għada biex ma nżommukx aktar. Berikna.
Flavia: Berikna Monsinjur!!
M. Pasquale: Kunu mberkin uliedi. Kunu mberkin. (jitlaq)
Narratriċi: L-għada, Mons Pasquale Macchi għamel serje ta’ mistoqsijiet lil Carlo u baqa’ skantat kif it-tifel kellu livell għoli ta’ formazzjoni nisranija. Għalhekk fis-16 ta’ Ġunju 1998 Carlo Acutis irċieva għall-ewwel darba lil Ġesu’ sagramentalment. Minn dak inhar il-quddiem, il-quddies u tqarbin, rużarju u xogħol ieħor daħal fir-rutina ta’ kuljum u saru għal Carlo, appuntament fiss. Kien ta’ spiss jgħid, “Aktar ma nitqarbnu, aktar insiru nixbħu lil Ġesu’ u diġa’ minn fuq din l-art, nistgħu nduqu l-ġenna. Mingħajru Ġesu’ ma nista’ nagħmel xejn.” MUŻIKA. 1998.
IS-SEBA’ XENA. ANTONIA TERĠA TINXTEGĦEL FIHA L-FIDI
Narratur: Il-fidi qawwija u l-insistenza fil-mistoqsijiet li kien jagħmililha Carlo qanqlu f’ommu Antonia ħerqa kbira għat-twemmin nisrani, kif l-istess ġralu missieru. Andrea. Biss Antonia inkwetat ħafna bil-mistoqsijiet li beda jagħmlilha u ma kienetx taf twieġibhom.
Andrea: (Inkwetat jaraha hekk) Tidher imħassba wisq qalbi! Għaliex inkwetata daqshekk? Jaqaw minħabba saħħet it-tifel? Forsi qallek li mhux qed iħossu f’tiegħu? Fil-każ naqbdu u nieħduħ għand speċjalista mill-ewwel taf qalbi.
Antonia: (Inkwetata ħafna)Le, le Andrea. Niżżi ħajr l’Alla t-tifel jinsab tajjeb f’saħħtu. Imma l-inkwiet li għandi minħabba l-mistoqsijiet profondi li jagħmilli Carlo fuq il-presenza vera ta’ Ġesu’, fuq il-purgatorju, u fuq is-sehem tal-Verġni Mbierka fl-istorja tal-Umanita’. Kultant isaqsini wkoll fuq x’inhi l-vera konverżjoni, fuq il-bejatitudni u ħafna suġġetti delikati oħra.
Andrea: Antonia ħi, t-tifel jidher li huwa ntelliġenti ħafna, imma minn x’imkien qiegħed jikseb dan l-għerf kollu. Beata spiss titkellem miegħu fuq affarijiet delikati kif ukoll tagħmel kuġintu Flavia, imma meta jien staqsejthom individwalment fuqu, it-tnejn stqarru li huwa propju Carlo li jgħallimhom fuq bosta suġġetti u mhux huma għax hu perfezzjonist u konvint minnu nnifsu!!
Antonia: It-tifel naraħ kuljum jikber fl-għerf u fid-devozzjoni lejn l-Ewkaristija. Jaqra bosta kotba fuq ħajjet il-qaddisin, fuq il-Madonna u d-dehriet tagħha, u tant jgħidhomlok minn qalbu li jqanqlek u jġiegħlek temmen b’qawwa kbira. Jien ser ikolli nibda nistudja t-Theoloġija Andrea, u nibda nattendi aktar l-funzjonijiet reliġjużi. Ninkiser meta jpoġġili mistoqsija li ma nkunx naf inwieġbu fuqha. Carlo lili jqanqalni minn ġewwa. Veru tifel spiritwali u jgħix għal Ġesu’ Carletto tagħna.
Andrea: Sewwa qiegħda tgħid qalbi. Jien ukoll inħoss li jqanqalni minn ġewwa meta jkellimni fuq l-ispitwalita’. Donnu permess tiegħu sibna l-għeruq tal-fidi nisranija. La aħna konvinti daqshekk, kullma jitlobna nagħmlu ħilitna u nwettquħ, inbaxxu rasna u nkomplu miegħu. X’ser tagħmel Antonia, tmur tapplika l-Universita’ għal-kors tat-Theoloġija?
Antonia: (jitbissmu) Basta ma ssibx oġġezzjoni int qalbi!!
Andrea: Bil-qalb kollha anzi. Mur, mur.
Antonia: Jien rigward ix-xogħol nista’ nirranġa bil-flexi-hours hux biex ma ntellef lil ħadd mill-ħaddiema tiegħi.
Andrea: Dak f’idejk Antonia ħi. Żgur li l-ħaddiema mhux ser ibgħatu miegħek!
Antonia: Isma bilħaqq Andrea, il-kappillan talabni biex nieħu ħsieb immexxi klassi tal-katekiżmu nisrani. u ngħidlek is-sewwa ma nħossnix ikkwolifikata biex immexxi dil-klassi. U jekk jistaqsuni xi mistoqsijiet bħal Carlo u ma nkunx naf inwieġibhom? X’taħseb Andrea?
Andrea: (Bit-tbissima) Naħseb li int kapaċi ħafna tmexxiha dil-klassi, u kif jgħid Carlo, meta tkun xi ħaġa tajba, ix-xitan jagħmel minn kollox biex ma jħallihiex isseħħ. Sewwa qed ngħid? (Jidħku)
Antonia: Qed tgħid sewwa maħbub tiegħi. Mela lill-kappillan ngħidlu li kollox sew u għada mmur napplika l-Universita’ għall-kors. Inħallu f’idejn il-Mulej.
Andrea: Isma Antonia nhar il-Ħadd m’għandhomx jiġu għall-ikel il-Mons Pasquale u l-viċi, flimkien ma uffiċjali għolja fil-kongregazzjoni tad-dutrina tal-fidi?
Antonia: Iva kif kont insejtha dik l-ikla!! Issa sew, x’ser insajjrulhom tgħid? Grazzi talli fakkartieli.
Andrea: Int ħalli f’idejn il-kok, dak jaf x’għandu jsajjar.
Antonia: U x’inhu l-għan ta’ din l-istedina ħi?
Andrea: Għax l-familja tagħna il-familja Acutis, ser tgħin billi tniedi boroż ta’ studju għall-studenti li juru nteress kbir biex jistudjaw fl-istituti ta’ Pontifical Oriental u Pontifical Biblical. Jien stedinthom biex jiġu jieklu għandna, u nippreżentawlhom iċ-ċekk tal-għotja. Issa Antonia ħi, ħu mingħandhom second opinion fuq it-tgħallim tad-dutrina ħalli sserraħ rasek.
Antonia: Iva Andrea ħi!! Prosit x’ideja dik!! Veru lqadt il-musmar fuq rasu, għax ser inkunu f’ras il-għajn. Qed tara kif jaħdem il-Mulej!! MUŻIKA.
IT-TMIEN XENA. RAJESH MOĦUR u sieħbu Seveen
Narratriċi: Il-familja Acutis, kienu mpjegaw ċertu emigrant mil-Indja jismu Rajesh Moħur biex jaħdem magħhom. Rajesh kien ukoll Braħmin, jiġifieri qassis Indjan. Carlo u Rajesh Moħur kienu saru ħbieb kbar.
Rajesh: Għalkemm jiena Ħindu kif ukoll Braħim, imma l-mod profond u sinċier kif titkellem int fuq dan Ġesu’, Carl, ma nafx hekk!! Għandek ċertu konvinzjoni u ħlewwa fi kliemek li ġo fija nħoss ċertu ferħ li ma nistax niddiskriviħ.
Carlo: Ħabib tiegħi, jien ma ngħidlek xejn speċjali ħlief dak li nħoss li jferrħek. Naf ċert Rajesh li tkun aktar ferħan jekk issir taf lil Ġesu’, ssir ħabib tiegħu u tkun tafu intimament.
Rajesh: Meta nħares fiss f’għajnejk u nara dik il-ħlewwa u tjubija, meta titkellem fuqu ssaħħarni. Meta niftakar li int tifel sinjur, hekk gustuż u żagħżugħ ġeneruż tippreferi ħajja differenti u sempliċi mir-rikkezzi, jien għalija dik xi ħaġa straordinarja. Carlo kull meta ninfirdu u mmorru għal triqitna, nħoss bħal dieqa u vojt kbir ġewwa fija. Hekk ngħidlu lill-ħabib tiegħi Seeven. U meta titkellem fuq il-fidi u fuq Ġesu’…tħollni ibni.
Carlo: Rajesh dik l-istess dieqa li qed issemmi int, inħossha jien ukoll ħabib. Kull meta nkun quddiem Ġesu’ Ewkaristija u jkolli ninfired minnu!! Naf xi tħoss Rajesh!! Imma tibżax, kull meta tlesti x-xogħol u tkun tista’ tiġi ħdejja, ejja u nitkellmu. Tgħidx kemm għandi x’nirrakkuntalek fuq l-Omm għażiża ta’ Ġesu’, ommna Marija u fuq il-qaddisin u fuq il-mirakli ewkaristiċi.
Rajesh: Għandek tgħid bis-saħħa tiegħek Carlo, u tal-ħbiberija sinċiera ta’ bejnietna, wrejtni l-vera triq għas-salvazzjoni, ħabib. Jien ġejt biex naħdem magħkom bħala au pair u minbarra x-xogħol sibt teżor, il-fidi Nisranija li għallimtni int. Dak li dejjem għidt int huwa verita’ sagrosanta. U xi ngħidu għall-frażi ħelwa li għallimtni Carl, “Kulħadd jitwieled oriġinali, imma ħafna jmutu fotokopji” Jien wieħed minn dawk li ma jridux imutu fotokopji ħabib. (Jidħku)
Carlo: Jien bħalek Rajesh, anzi!! Kieku nixtieq immut nidħak, imma l-għażla mhix f’idejja. Jien m’inix ser ngħix fit-tul Rajesh, imma nixtieq li qabel nagħlaq għajnejja ntemm il-proġett li għandi f’moħħi.
Rajesh: U x’int tgħid Carl? Mhux il-proġett trid ittemm, imma min jaf kemm irid jinqeda aktar bik Ġesu’ biex twettaq aktar ġid. Per eżempju il-ħabib tiegħi Seeven Kistnen. Meta ser titkellem miegħu kif xtaq hu?
Carlo: X’ħin tkunu komdi intom nibdew il-laqgħat ta’ bejnietna Rajesh, int jien u Seeven, xi tgħid?
Rajesh: Ngħid li bħalek m’hawnx Carlo. Issa nkellmu jien u niltaqgħu ma ndumux hi. Grazzi! Grazzi ħafna ħabib. (Jidbissmu) Il-kwalitajiet sbieħ tiegħek baqgħu jikbru miegħek. Minn eta’ żgħira Carlo kellek imħabba speċjali għal Alla, li biha qanqalt mill-ġdid fil-fidi l-ġenituri tiegħek.
Carlo: Il-mama’ tiegħi stess stqarret li qatt ma kienu devoti, infatti hija qalet li qabel twelidt jien marret biss għall-quddiesa meta għamlet lewwel tqarbina, meta għamlet il-griżma tal-Isqof, u meta żżewwġet. Imma jien, bħala tifel ċkejken kont inħobb ngħid man-nanniet ir-Rużarju, u mmur il-quddies ta’ spiss ukoll.
Rajesh: Mhux biss sabieħ, imma l-imħabba kbira li għandek għall-Ewkaristija ispiratek għall-konverżjoni profonda għal mama’ tiegħek, Antonia. Anzi mhux biss imma rnexxielek tiġbed il-qraba u l-ġenituri biex jisimgħu l-quddies kuljum. Ma kienx bil-maqlub kif normalment jiġri, imma kont int Carlo, int stess li rnexxielek iġġorr lil qrabatek għal quddies, u jirċievu l-Ewkaristija ta’ kuljum.”
Carlo: Tiftakar Rajesh meta għallimtek għall-ewwel darba kif titlob u tgħid ir-rużarju fil-presenza rejali ta’ Kristu fl-Ewkaristija?
Rajesh: Iżda waħda mill-affarijiet li mpressjonajtni bil-kbir bħala Ħindu’ u Brahmin, kienet ix-xhieda tal-imħabba qawwija li għandek lejn il-fqar. Kif titħallat ma dawk l-irġiel ta’ bla saqaf fuq rashom— kif iġġib ruħek ma dak ir-raġel bla dar li kien ipoġġi fil-bieb tal-knisja u kont iġġib dixxijiet mimlijin bl-ikel u tqassamhom lin-nies li jgħixu fit-toroq.
Narratur: U Seeven Kistnen li f’Carlo u t-tgħallim tiegħu sab qawwa kbira għall-konverżjoni ma damx ma bidel it-twemmin tiegħu. Seveen ra li f’Ġesu’ biss kien hemm il-bieb tas-salvazzjoni tar-ruħ tant li ħass il-ħtieġa u x-xewqa li jikkonverti għat-twemmin kattoliku. Rajesh Moħur Seeven Kistnen flimkien ma Carlo kien ikollhom diskorsati fit-tul fuq il-fidi, il-Madonna it-twemmin Nisrani, il-mirakli u l-ġrajjiet tal-qaddisin biex flimkien mal-ħlewwa ta’ Carlo ħallew is-silġ tad-diffikultajiet kollha u wasslu għall-konverżjoni. Omm Mohur, li ġiet apposta mill-Mauritius biex tattendi għall-quddiesa ta’ ċelebrazzjoni ma binha Rajesh u sintendi mall-parrinu, Carlo. Wara, hija wkoll kellha taħdita fit-tul ma Carlo u finalment, hija wkoll talbitu biex tkun mgħammda flimkien Seeven il-ħabib ta’ binha. MUŻIKA
ID-DISA’ XENA. MĦABBA LEJN L-ANNIMALI U ĦARĠA FIL-KAMPANJA
(Ħarġa fil-kampanja ma Ignazio, Fausto Federico u Mirco, tfal li kienu fil-klassi ta’ Carlo u magħhom il-kuġina Flavia u ħabibtha Giorgia.Carlo jkollu mdendel m’għonqu Kamera. F’xifer il-kampanja)
Flavia: Min minnkom ma jiddejjaqx iżomm il-klieb ta’ Carlo?
Fausto: Mela ser iġib il-klieb ukoll illum, Carlo? Ser nimxu fil-kampanja naħseb, għax il-ħin kollu nieqfu!!
Federico: U le x’int tgħid Faust daqs kemm huma ħelwin il-klieb ta’ Carlo! Fil-każ tħabbel rasek xejn għax inżommuhom aħna.
Mirco: Mhux ser iġib lil Briċiola hux id-doberman tiegħu, għax dak kif jara għasfur ipejjeż, bumm araħ imur jiġri warajħ.
Ġiorġia: U le Mirco!! jekk niftakar sewwa Carlo qalilna li lil Stellina ser iġib u lil Poldo.
Federico: Araw jien fil-każ inżomm lil Poldo. Daqs kemm hu gustuż u ubbidjenti.
Flavia: U jien inżomm lil Stellina. (Jasal Carlo biż-żewġt iklieb)
Carlo: Ara l-ħbieb tiegħi. Buon giorno!! Inroddu s-salib u mmorru!! Fl-isem tal-Missier etc., (iroddu s-salib)
Flavia: Ara kuġin, jien ser inżomm lil Stellina!!
Federico: U jien ser inżomm lil Poldo. Żgur li fiħ insib aktar imħabba milli qed insib fil-ġenituri tiegħi.
Carlo: (Mingħajr ma jagħti mportanza għal dak li qal Fed.) Prosit ħej kemm aħna organizzati. Mela jien niġbed episodju ieħor mill-film, bil-protagonista tkun Stellina l-Imbaċċa u Poldo li jinterpreta l-parti tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin. (Jidħku u jibdew jimxu)
Fausto: Nistgħu nimmaġinaw x’film qed tiġbed Carlo, bħala espert tal-computer, u meta tiġi għall-editjar, tbellaħna kemm int kreattiv. BRAVO.
Carlo: U bravu!! Bravu imma l-bambin li qed jinqeda bija biex nuża’ dan id-don u nferraħ lil ħaddieħor. Issa la nlestiħ ejjew għandi u tarawħ dan il-film. Taħlita ta’ l-imħabba bejn l-annimali u n-natura.
Mirco: Prosit ħej. Żewġt affarijiet li huma tant għeżież għalik Carl, l-annimali u n-natura.
Flavia: Għidu lili!! Tgħidx kemm irrabja ma Antonio u ġġieled ma Paolo billi vilment, bdew jgħaffġu u jaħqru l-gremxul hekk għalxejn.
Carlo: Mhux veru jaħasra!! Mhux għax ridt niġġieled, imma dawk il-gremxul huma ħolqien t’Alla wkoll. (joħroġ apparat biex jiġbor il-loqom etc,)
Ġiorgia: (Taraħ) Dak x’inhu Carl? Tiskantana int kif dejjem toħroġ b’xi ħaġa ġdida. Dak xi jkun?
Carlo: (Jidħak) Billi ta’ spiss niġbor iż-żibel minn barra t-triq jew niġbor l-iskart waqt xi ħajk, il-papa’ xtrali dan l-apparat biex jiġbor l-iskart hu, u ma nimlix il-bwiet bl-imbarazz bħal loqom tas-sigaretti.
Flavia: (Titbissem) Mhux biss tafux!! Il-kuġin tant iħobb l-indafa u n-natura, li meta jkun qiegħed jgħum, Carlo ma jitlifx ħin tafux u juża bħal dingy, biex bil-gogle u l-flippers, jogħdos u jiġbor l-imbarazz li jarmu n-nies u jħammġu l-oċejan. L-imbarazz li jtella’ mill-qiegħ jitfgħu ġod-dingy u jiżvojtah fit-tankijiet apposta ta’ fuq ix-xatt. Issa b’dan l-apparat ibqgħu żgur li jibda jdur ix-xatt ukoll biċċa biċċa. (Jidħku kollha u jibqgħu jimxu)
Mirco: Aqtali kurżita’ Carlo, kemm għandek annimali d-dar? Jaqaw għandek xi żoo għax mid-dehra d-dar tagħkom imdawra bl-annimali?
Carlo: Ara d-dar għandna ħut aħmar, erbat’iklieb dawn it-tnejn flimkien ma Briċiola u Chiara tal-mama’, u żewġt iqtates. Imma jekk fit-triq nara xi annimal abbandunat nagħmel ħilti biex il-mama’ żżommu u nieħdu ħsiebu.
Fausto: Dan li qed tgħid rigward l-annimali Carl, u rigward il-ħbieb tal-iskola? Tgħidx kemm tinkwieta int fuq sħabna li jkollhom xi jgħidu bejniethom. Tispiċċa biex teħodhom id-dar tagħkom tirranġahom bejniethom u tistedinhom jieklu magħkom ukoll. Eh!! Kollox qalli Massimo. Taf. Imbagħad tistedinhom ukoll biex jiġu miegħek quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Sewwa qed ngħid?
Carlo: Sewwa qed tgħid Fausto!! Mhux kollox bl’għajnuna ta’ Ġesu’ jkun sar ħbieb, allura mhux hekk xiereaq li mmorru nirringrazzjawh? U int Fede? L-anqas kellma ma lissint illum. Tidher inkwetat wisq ħabib!! Għaliex stqarrejt li f’Poldo żgur li ssib aktar imħabba milli qed issib fil-ġenituri tiegħek?
Federico: Mhux bilfors Carlo ħi. Poldo tgħidx kemm biesni u ferraħni u (ilaqlaq) u u il-genituri tiegħi il-ħin kollu jiġġieldu għax qed jisseparaw jew jiddivorzjaw, u ma nafx x’il-mniefaħ qed jagħmlu. Tkellimhom jew tistaqsihom xi ħaġa jridu jibilgħuk!! Dik imħabba hux. Friġġ vojta, ikel baħħ u kollox irrid infendi għal rasi!! Dik imħabba!!
Carlo: Allura ma tgħidlix għid bl’inkwiet li għandek…hawn ħa (jiftaħ il-basket u joħroġ bezzun u jagħtihulu) Kemm qed tinkwetani Fede. Illum wara l-ħajk, għal għandi int, fhimt? Issa wara l-ħajk immorru ngħidu r-Rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat x’tgħidu?
Ġiorġia: U l-klieb x’ser nagħmlu bihom?
Federico: Ħalluhom f’idi. Għandi l-anqas biss jitniffsu.
Carlo: Tajjeb!! Mela fadlilna ftit kilometri u nkomplu nimxu ħalli ntemmuhom. Ħbieb, nagħtuh is-sapport kollu u l-kuraġġ jiffaċċja dil-problema Federico.
Flavia: Stennew qabel inkomplu nimxu. Kulħadd joħroġ idejħ il-leminija hawn ħbieb!! (Joħorġu jdejhom il-leminija fuq ta’ xulxin)Din bis-saħħa ta’ Federico. Tutti per uno….
Kollha: Ed uno per tutti. (U jgħollu jdejhom) UUUU. (U jimxu lkoll in extremis)
Narratriċi: U wara l-ħajk u l-knisja biex jgħidu r-Rużarju kollha flimkien, Carlo u Federico marru d-dar tal-Acutis. Huma kielu flimkien u qasmu bejniethom il-problemi li Fede kien għaddej minnhom. Kemm sab kliem ta’ faraġ Federico f’Carlo li stiednu jinforma l-ġenituri tiegħu kif seta’ u joqgħod ftit fid-dar tal-Acutis. MUŻIKA.
L-GĦAXAR XENA. CARLO JIRĊIEVI L-GRIŻMA TAL-ISQOF. 2003 (12 years) U JILĦAQ KATAKIST
Narratur: 4) Fl-24 ta’ Mejju 2003 Carlo rċieva l-Griżma tal-Isqof f’Santa Maria Segreta ġewwa Milan, u meta lesta l-iskola medja, Acutis attenda l-Istitut għoli tal-Ġiżwiti Iljun Tlettax. Għalkemm kien student normali mingħajr ħafna pretenzjonijiet u xinxilli, kien iħobb jaqra ħafna u jfittex għal rasu fuq ix-xjenza tal-kompjuter u tgħallem ukoll idoqq is-saksofon waħdu, mingħajr għajnuna ta’ ħadd. Carlo kellu wkoll għalliem li kien jgħinu fil-homework u jmur miegħu il-knisja. Huwa kien iħobb il-films, l-editjar tal-komiks u jilgħab il-vidjo games kif diġa semmejna. Kien konxju biex ma jiħxinx għalkemm żaqqu kienet taqalu għan-Nutella. Bħala sagrifiċċju kien isum mill-ħelu jew minn xi film favorit tieghu. Kien jitgħaxxaq bil-faqar tal-ordni Franġiskana tant li kien jipprattikaha mingħajr ħadd ma jintebaħ..
Narratriċi: Wara li rċieva l-Griżma ta’ l-isqof, Carlo ingħata l-inkarigu ta’ katekista fil-parroċċa Santa Maria Segreta. F’dak iz-zmien il-ħidma tal-katidral kienet tipikament tiddependi fuq żagħżagħ bħal Carlo, li ta’ tnax il-sena, kien kapaci jmexxi grupp ta’ żagħżagħ oħra u dan kien jikkuntrasta ħafna mal-adulti li kienu jgħallmu t-twemmin reliġjuż lis-segwaċi tagħhom. Il-kappillan tal-parrocca kien qal fuq Carlo li huwa kien raġel żgħir u eċċezzjonalment jitkellem bil-miftuħ u trasparenti.
Tifel A: Carlo, għaliex il-quddiesa ddejjaqni?
Tifel B: Veru Carlo! Il-familja tiegħi m’għadhomx imorru għaliex il-priedki li jagħmel il-qassis twal wisq!!
Tifel C: Tista’ tgħid li xjuħ biss spiċċaw imorru għal-quddies.
Tifel D: Aħjar nibqa’ d-dar nilgħab il-vidjo games milli mmur il-quddies.
Tifel E: Veru taf, għaliex il-quddies ma jkunux bħal vidjo-games?
Tifel F: U l-qassis ikun jista’ jgħid ċajt aħjar?
Carlo: (Da Se) O Mulej X’ser nagħmel? Kif ser inġib dawn it-tfal jinteressaw ruħhom fill-quddies? Jien inħobb immur il-quddies, imma dawn it-tfal ma jħossux bħali. Ħbieb tiegħi, meta mmorru l-quddies, ma rridux immorru minħabba l-qassis, imma mmorru biex niltaqgħu ma Ġesu’. Flimkien inġeddu t-twaqqif tas-Sagrament tal-Ewkaristija. Tafu xi jfisser meta nirċievu lil Ġesu’ ġo fina ħbieb? Ifisser li ġo fina għandna l-ġisem u d-demm ta’ l-Iben t’Alla. Jekk ma nifhmux dan, inkunu qed nirċievu biċċa ħobż biss, bla tifsira. Aħsbu sewwa f’dan ħbieb tiegħi. (Iddoqq il-qampiena)
Tifel E: (Iqumu biex jitilqu) Fl-aħħar daqqet il-qanpiena!! Tlaqna l-barra nilgħabu, ħbieb Ciao Carlo.
Carlo: Ciao ħbieb, Narakom nhar il-Ħadd. (Jidħku u ma jgħidu xejn. Jitilqu. Jidħol Fr Antonio u jaraħ imħasseb)
Fr. Antonio: (Inkwetat xi ftit) Carlo, imħasseb? Jaqaw? Kif marret il-lezzjoni ta’ llum?
Carlo: (Imħasseb) Ma nafx x’ser nagħmel Fr. Antonio…dawn it-tfal ma jħobbux il-quddiesa bħalma nħobbha jien. Kif ser ngħinhom jifhmu is-sbuħija tal-quddiesa?
Fr. Antonio: Hmm..Iva dik diffiċli!! Jien ukoll tħabatt ma dik il-mistoqsija. (Juriħ l-istampa mdendla tal-knisja ta’ Lanciano) Carlo, kemm taf fuq din il-knisja?l
Carlo: Billi naraha kull darba li ngħaddi minn quddiemha għall-katekiżmu, dejjem ridt nistaqsik fuqha din il-knisja.
Fr. Antonio: Hija l-knisja ta’ San Franġisk ġewwa Lanċiano. Fl-Italja. Meta nkun fil-bżonn ta’ xi ispirazzjoni, dejjem niftakar f’din il-knisja. Ġo fiha hemm miraklu ewkaristiku li jfakkarni għaliex kull quddiesa hija miraklu, anki meta xi kultant tidher monotona.
Carlo: Mela x’inhu? X’kien dan il-miraklu?
Sera: (Qaddejja taqtalhom kliemhom) Fr Antonio, hemm xi ħadd jistennik fl-offiċju tiegħek.
Fr. Antonio: (lilha imbagħad lil Carlo) Ġej ġej Sera!! Meta tasal id-dar illum Carlo, fittixha fuq l-internett, u jien ċert li dak il-miraklu jgħinek tqanqal il-fidi tal-istudenti tiegħek.
(Fi triqtu m’ommu lejn id-dar)
Antonia: (Anzjuża) Kif mort għall-ewwel darba tgħallem waħdek il-katekiżmu, Carl?
Carlo: (Sinċier u nkwetat) Ma kienetx faċli mama’. It-tfal xejn ma kienu nteressati fil-quddiesa, moħħom biss fil-vidjo games. Imma Don Antonio tagħni parir siewi.
Antonia: Don Antonio huwa saċerdot għaref, Carlo.
Carlo: Infatti ninsab fuq ix-xwiek biex nara sewwa x’kien dak il-miraklu tal-ewkaristija li Don Antonio ssuġġerili. (Kif jiftaħ u jidħlu ġewwa jiġu jilquh il-klieb u l-qtates u jifirħu bih. Lilhom) Jien ukoll ferħan li qed narakom guys! Imma ma nistax nilgħab magħkom għalissa għax għandi biċċa xogħol x’nagħmel.
Antonia: (Minn ġewwa) Carlo taħdimx fit-tul. Il-pranzu dalwaqt lest.
Carlo: (Iweġibha minn quddiem l-iskrin) Okej Mama’. Kemm niċċekkja xi affarijiet fuq l-internett. Isma mama’ għandu jiġi Federico, jimporta jekk jiekol magħna jekk jogħġbok?
Antonia: U mela le sabieħ!! Mhux dejjem ikollna dak il-porzjon jew tnejn żejda għalli jista’ jinqala!! (Titbissem)
Carlo: X’ma nħobbokx mama’. (jgħannaqha u jbusha fuq wiċċha u hi tifraħ bih. Imur f’kamartu u jitkellem waħdu u jfittex bil-maws) Ħalli nara sewwasew dan il-miraklu kif sar. (Josserva u jarbel) Wow Dan inkredibbli..fis-sena 850 l-Ostja mqaddsa tbiddlet fil-ġisem u d-demm ta’ Ġesu’. Fl-1970 ix-xjentisti studjaw il-miraklu u skoprew li kienet tissue minn qalb ħajja u inspjegabbli kif baqgħet intatta għal fuq minn elf sena. Din tal-meravilja!! Il-ħobż u l-imbid waqt il-quddiesa saru l-ġisem u d-demm ta’ Ġesu’. Kulħadd fid-dinja jeħtieġ li jkun jaf b’dan!! (Tinstema l-qanpiena tal-bieb) Naħseb li wasal Fede!!
Federico: (wara pawsa żgħira jidħol f’kamart Carlo) X’minnek Carlo? Wasalt jien kif ftehmna! X’għandek f’moħħok Carlo?
Carlo: Qabel xejn ara sewwa dal-miraklu Fede!! Għidli kif tista’ ma temminx ħabib? Ara x’ġara f’Lanciano meta s-saċerdot iddubita mill-bdil tal-ħobż u l-inbid!! (jaraw flimkien id-dokumentarju) X’taħseb Fe?
Federico: Tal-meravilja!! Tal-għaġeb. Għandek raġun Carl. Kif tista’ ma temminx? Dawn il-ġrajjiet iqanqlu fik imħabba kbira lejn l-Ewkaristija. Sewwa tgħid int Carl, li dawn il-mirakli, meta taħseb u temmen fihom jagħmluk qaddis. Ikexxkxuk ukoll meta tara li wara tant snin il-miraklu għadu għaddej.
Carlo: Issa wara li wrejtek dal-miraklu, inti llum mistieden għall-ikel għandna ħabib. Tjiebu xi ftit ir-relazzjonijiet ta’ bejn il-ġenituri? Nitolbu għalihom kuljum Fe.
Federico: Grazzi ħafna Carl tal-qalb kbira tiegħek. Diffiċli ħafna biex jirranġaw la daħħlet it-terza persona, imma ta’ l-anqas dak il-ġlied ta’ bejniethom waqaf. M’għadhomx iħarsu lejja bħala aktar xkiel, anzi kultant qed jikkonsultaw miegħi wkoll.
Carlo: Tajjeb, tajjeb ħafna. Nibqgħu nitolbu Federico ħi, u nħallu f’idejn il-ħabib tagħna Ġesu’. Issa qabel immorru għall-ikel, inti nhar is-Sibt imħabbat xejn?
Federico: Le taf. Kumbinazzjoni m’għandi xejn previst. Jaqaw xi ħarġa oħra fil-kampanja?
Carlo: Le le. Imma taf li fit-3 ta’ Mejju kelli l-birthday!!
Federico: Da żgur li naf daqs kemm ħadna gost. U veru kont għal qalbek Carl għax kellek jum imżewwaq b’kollox. Ġurnata kompluta bil-parti spiritwali. wkoll. Prosit ħej, imżewqa bil-quddies, tqarbin u talb ieħor u wara parti kbir bejnietna l-ħbieb. U kemm qlajt rigali sbieħ Carl!
Carlo: Propju fuq hekk xtaqt inkellmek! Kif għidt int, in-nanniet tawni bosta logħob u rigali sbieħ, meta tiftakar li hawn ħafna tfal li m’għandomx ġugarell wieħed. Hija x-xewqa kbira tiegħi li nhar is-Sibt immur ninvista lill-patrijiet kapuċċini ta’ Milan u nagħti l-logħob kollu li qlajt lil dawk it-tfal li ma għandhomx logħob. Togħġbok l-ideja?
Federico: Prosit Carlo!! Veru ideja sabieħa!!
Carlo: X’taħseb Federico, tiġi miegħi?
Federico: Niġi bil-qalb kollha Carlo.
Carlo: Tlaqna nieklu mela!!! MUŻIKA.
IL-ĦDAX IL-XENA. FL-ISKOLA U WARA JILGĦAB IL-FUTBOL
Matteo: (Id-diskursata ilha għaddejja) Ma nistax nifhmek Carlo. Kull meta naqbdu diskursata fuq l-abort, dejjem topponi għal dak li ngħidu aħna għax aħna naqblu miegħu.
Carlo: Għax jien ma nibżax niddefendi t-tgħallim tall-knisja ħbieb, anki meta intom, sħabi tal-klassi tiegħi ma taqblux miegħi. Għax din mhix diskussjoni Matteo dwar l-abort, imma ħafna minnkom sħabi tibbażaw l-argumenti tagħkom fuq in-neċessita’ u fuq il-bżonn mhux kif b’passjoni u mħabba għandna niddefendu l-ħajja mill-konċepiment.
Bruno: Carlo int ħabib ġenwin u lejali. Kulħadd jgħid li int magħruf ma l-iskola kollha li meta xi tfal jiġu bbulijati toħroġ għonqok għalihom, speċjalment dawk it-tfal b’xi disabilta’. Dejjem tħeġġiġna fuq l-importanza li mmorru l-quddies, iqerru, u nitqarrbnu fuq id-dinjita’ tal-bniedem u fuq il-kastita’.
Paolo: Aħna lkoll inħobbuk Carlo u nħossu li l-presenza tiegħek magħna toħloq ċertu paċi, armonija u trankwillita’. Imma issa aħjar ngħażlu ż-żewġ timijiet għax jgħaddi l-brejk u l-anqas nilħqu nagħtu xutt wieħed.
Leader B: Iva sewwa qed tgħid Paolo, ejjew ngħażlu u niffirmaw żewġ timijiet. Carlo bdew jgħażlu t-tfal biex jiffurmaw żewġ timijiet tal-futbol ħalli jilgħabu kontra xulxin. (Jibdew jgħażlu l-pejers għal-logħba futbol)
Leader A: Jien nagħżel lil Matteo, Francesco u Bruno.
Silvio: U jien nieħu lil Paolo, Federico u …Carlo.
Michele: (Ilaqlaq) Jien…jien irrid nilgħab.
Silvio: Paolo int ser tkun il-portiere.
Paolo: Iva Silvio. Noħorġok ta’ raġel.
Silvio: Carlo, għandi bżonn wieħed quddiem.
Carlo: Għax mhux Michele? Għandna wieħed nieqes fil-grownd.
Silvio: Trid twaqqani għaż-żufjett jew? (Jidħak) Michele dejjem tellief għax l-anqas il-ballun ma jaf jixxutja. L-anqas jitkellem sew ma jaf..dak iffrikjat.
Carlo: (Irrabjat imma bil-ħlewwa) Ara biss ma jfettillekx taqla’ qlajja fuq Michele, Silvio taf, jew tgħajjru!! Dak ħolqien t’Alla. (idur fuq Michele) Ejja Michele, int jixraqlek aħjar minn hekk. Trid tiġi d-dar tiegħi wara l-iskola? Xi ħbieb tiegħi ġejjin għandi biex nilgħabu vidjo game ġdida.
Michele: (Ilaqlaq) I..iva,,iva. Inħobbhom il…il-vidjo games..nib..nibqa’ ġej mil-lewwel. (MUŻIKA)
IT-TNAX IL-XENA. MISTEDNIN GĦALL-VIDJO GAMES
Narratriċi: Aktar tard wara l-iskola, il-ħbieb ta’ Carlo mistednin minnu stess, bdew jinġabru fid-dar tiegħu biex iqattgħu xi siegħat flimkien, jilgħabu l-vidjo games li Carlo kien tant jitgħaxxaq jilgħab. Iżda kien jonqos l-aħħar wieħed mill-mistednin, Michele…tgħid imur??
(Iddoqq il-qanpiena u Carlo jmur jiftaħ. Hemm diġa 3 iħbieb ta’ Carlo)
Carlo: Michele!! Kemm jien kuntent li ġejt. Konna eżatt ser nibdew. Liema mode ser nilgħabu? Campaign mode jew aqbad il-bandiera?
Kollha: Aqbad il-bandiera!!
Carlo: Kollox sew Michele int ser tkun mat-tim tiegħi.
Michele: (Ilaqlaq) Jien lest ejj…ejja nagħmlu din!
Narratur: U bdew jilgħabu… logħba wara l-oħra kollha jħarsu lejn l-iskrijn tal-kompjuter. Tiskanta kif intilfu fil-logħob. Il-ħin beda għaddej u l-ħbieb bdew jitnervsu xi ftit meta ma Carlo u Michele ma setgħu jagħmlu xejn. Kienu ilhom jikkumbattu xi ħames siegħat meta…
Ġiovanni: Did-darba mintix ser teħodilna l-bandiera tagħna!!! BBUUMM
Carlo: Il-laħwa Michele…xott tal-ġenn.
Michele: Grazzi…graz..zi Kemm qed nieħu pjaċir.
Ġiovanni: (Taqbiżlu waħda sew u jibdew jitilfu l-paċenzja) Ħejj! Dan mhux fer tafux! Ilna nilgħabu s-siegħat u t-tim tagħna ħlief darba ma rebaħx. Din logħba bla gost. Nobgħodha!! (Isabbat il-joystick u jkissirha. Mall-ħoss, jiġu jiġru ommu u mara oħra jew in-nanny)
Carlo: (Skantat) Iva xi ġralek Ġiovanni? Dan logħob taf.
Michele: (Skantat u jlaqlaq) Dak..ix-xx xutt tiegħi kum..kumm binazz..joni taf.
Nino: Kumbinazzjoni logħba wara oħra tieħdulna l-bandiera. Bilfors li qed tqarrqu bina.
Carlo: Le tafux!! X’inqarqu…għandkom żball.
Mara: (Bil-ħlewwa imma b’ordni) Ġiovanni sar il-ħin biex tmur id-dar.
Ġiovanni: (Irrabjat) LE!! Minix ser nitlaq qabel ngħeleb lil Carlo!!
Nino: Veru!! Ara veru tqarraq int Carlo.
Antonia: (Tieħu ir-remote control u titfi l-iskreen) Naħseb li sar il-ħin biex nitfu l-iskreen!! Il-lejl it-tajjeb!! Grazzi talli gejtu. (Jitilqu kollha u Michele biss jirringrazzjah)
Carlo: (Inkwetat) Ma nafx x’inqala eżattament Mama’. Konna qed nieħdu gost imma mbagħad f’daqqa waħda sħabi bdew jirrabjaw. Mama’ għaliex bdew jirrabjaw…normalment sħabi mhumiex hekk.
Antonia: Ma nafx għaliex Carlo. Sabieħ. L-iskreens għandhom qawwa kbira u jistgħu ikunu vizzjuzi. Innutajt li aktar ma ddum tilgħab aktar ikun diffiċli biex tieqaf. Anki int xi mindaqqiet meta tilgħab fit-tul tibda tirrabja u jien ngħidlek biex il-logħba tagħtiha pawsa. Issa għal ġos-sodda!!
Carlo: (Jittewweb) Il-lejl it-tajjeb Mama’. Inħobbok. (Jidħol f’kamartu jinżel għarkubtejħ u jitlob) Ġesu’ inħobb ħafna t-teknoloġija, imma kultant toħloq aktar problemi, tirrabja lil sħabi u żżomm l-istudenti tiegħi tal-katekiżmu milli japprezzaw il-quddiesa. X’irrid nagħmel Ġesu’? Iva!! Naf x’nagħmel… ngħaqqadhom it-tnejn!! Nista’ nuża t-teknoloġija biex ngħallem lil ħaddieħor dwar l-Ewkaristija. (MUŻIKA)
IT-TLETTAX IL-XENA. CARLO U T-TALLAB
Narratriċi: Carlo kien tant iħobb l-ewkaristija li kien imur il-quddies kuljum, biex jirċievi is-saħħa meħtieġa biex iwettaq ix-xogħol volontarju.
(Ħerġin mill-knisja….xi nisa, irġiel u xjuħ u magħhom Carlo)
Carlo: (lil kulħadd bi tbissima) Ciao. Il-jum it-tajjeb. Narakom għada!!
Mara: (Kuntenta) Ciao Carlo!Kemm hu tajjeb li tara fil-quddies wiċċ żagħżugħ bħal tiegħek. Narak għada Carlo, terġa tiġi?
Carlo: Jien kuljum niġi sinjora, imma nkun quddiem Ġesu’ Sagramentat lewwel. U ġieli kif inkun miġbur, nibqa nisma l-quddiesa hemm.
Tallab: (Bilqiegħda fuq it-taraġ jittallab) Hawn żagħżugħ! Ġħandek xi ftit żagħar għal raġel fqir?
Carlo: (Ħerqan) Stennieni hawn! Ħa mmur niġri sad-dar u niġi lura!! Inwiegħdek. Serraħ rasek li nerġa niġi. (jitlaq jgħaġġel) Nittama li ommi għamlet xi ftit soppa żejda illum!
Narratur: Lit-tallab ħallieħ ħesrem. Huwa kien kważi ċert li dak it-tfajjel ma kienx sejjer lura għax dik l-istorja kienet tiġrilu kuljum…imma kien żbaljat. Carlo ma kellux xi triq twila għad-dar.
(MUŻIKA Jasal id-dar)
Carlo: (Jidħol) Mama’ tista’ tagħmel skutella soppa aktar, jekk jogħġbok? Għandi ħabib ġdid li rrid nagħtihielu.
Antonia: Min hu dan il-ħabib ġdid, Carlo?
Carlo: Rajt tallab ġdid li żgur li huwa bla saqaf fuq rasu Mama’ u kien qed jittallab fuq it-taraġ tal-knisja. Kien jidher bil-ġuħ u mirżugħ. Għalhekk xtaqt nagħtuħ ftit soppa.
Antonia: U mela le sabieħ tiegħi. Tagħmel sewwa titma lil min hu bil-ġuħ.
Carlo: Hi bilħaqq!! Kelli dik il-ġakketta ħadra. Dik żejda għalija Mama’ għax għandi l-oħra. Bi ħsiebni nagħtihielu wkoll. Mama’.
Antonia: Barra li titma lil min hu bil-ġuħ, ser tlibbes lill-fqir ukoll sabieħ tiegħi. Int bilfors li int tifel speċjali Carlo. Dik il-ġakketta qiegħda fil-wiċċ tal-gwardarobba sabieħ.
Carlo: Neħodha u nibqa’ sejjer Mama’. (Mużika u lura fuq iz-zuntier)
Tallab: Mela ġejt tfajjel? Jien ħsibt li mhux ser narak aktar b’għajnejja!!
Carlo: (Ferħan) Qed tara!! Jien wegħdtek li niġi lura u żammejt kellmti !! Issa nittama li dis-soppa u l-ġakketta jżommuk sħun. (Inewwilhomlu)
Tallab: (Bid-dmugħ f’għajnejħ) Grazzi! Grazzi għażiż tfajjel. Qatt ma jien ser ninsa din il-ġenerożita’ tiegħek. (Ibuslu jdejħ) MUŻIKA.
L-ERBATAX IL-XENA. CARLO JISKORJA L-GOWL TAR-REBĦA
Narratriċi: Il-belt favorita ta’ Carlo kienet Assisi fl-Italja fejn il-ġenituri ta’ Carlo kienu xtraw It-tieni dar tagħhom. Il-familja tiegħu kienet tħobb tmur hemm waqt il-vaganzi tal-iskola ta’ Carlo. (Meta jarawħ sħabu ġej lura mall-ġenituri tiegħu)
Plejer 1: (Skantat jaraħ) Ara lil min qed nara!! Dak mhux Carlo mall-ġenituri tiegħu? Forsi ġew iqattgħu xi jumejn hawn.
Plejer 2: Hu kollu kemm hu! Ejja ngħajtulu forsi ma naqilgħux tkaxkira oħra llum!!
Plejer 1: Ħej Carlo!! Kif int ħabib?
Plejer 3: Hej Carlo!! Ġejtu lura? (Jersqu lejhom)
Carlo: Iva ta. Ġejna nqattgħu l-vaganzi hawn f’Assisi.
Plejer 3: Għax kieku għandna bżonnok għal-logħoba fl-għalqa illum Carlo. X’taħseb tiġi jew ma tistax? Tiġi tilgħab partita magħna ?
Plejer 2: Ara tagħmilx mezz u tiġi Carl għax tgħidx x’kull tkaxkira qed ituna, s-sofor, imma jekk ikollna lilek magħna ħeqq mod ieħor.
Carlo: X’taħsbu Mama’, Papa’ Okay nista’ mmur?
Andrea: U mela le Carlo. Mur u ħu pjaċir.
Antonia: Mur mur ma sħabek u ħudu pjaċir… basta ma tweġġgħux. MUŻIKA.
Narratur: Ftit siegħat wara fl-għalqa tal-logħob, Carlo jfajjar xutt b’saħħtu u jkun il-gowl tar-rebħa tat-tim tiegħu.
Plejer 1: Prosit Carlo, imnalla ġejt int. (kollha mdawrin miegħu u jgħidulu prosit)
Plejer 2: Kemm nixtiequ Carlo li kontu tistgħu toqgħodu dejjem hawn.
Carlo: Jien issa taf x’nixtieq? Immur sal-knisja u nżur ftit lil Ġesu’ Ewkaristija, ħbieb…u nirringrazzjaħ ukoll talli irbaħna. Min ġej miegħi? (Iħares madwaru u ħadd ma jwieġbu li sejjer miegħu)
Il-Plejers: Ciao Carlo. (U jitilqu kollha bla ma jieqaf ħadd)
Carlo: Ara kif jgħamlu dawn ħbiebi? Kif ma jħossux il-ferħ li tħoss meta tisma’ l-quddies u meta tkun quddiem Ġesu’ Sagramentat. Jien inħobb immur il-quddies għax aktar ma nirċievu lil Ġesu’ fl-Ewkaristija, aktar niġu nixbħuħ. Ma tistax ma tarax is-sbuħija moħbija fill-quddiesa” Mulej għini ħa nressaq lil-bnedmin aktar lejk.
Narratur: Carlo kien devot immens u qrib ħafna ta’ San Franġisk u ta’ spiss kien imur fuq qabru biex jigwidaħ fil-problemi tiegħu. U hekk għamel, minħabba sħabu t’Assisi, mar jitkellem miegħu fuq qabru.
Carlo: Għażiż san Franġisk, għini int biex inressaq lil dawn ħbiebi lejn Ġesu’..u biex ngħallimhom is-sbuħija tal-Ewkaristija!! MUŻIKA.
IL-ĦMISTAX IL-XENA. SALVATUR TAL-ANNIMALI FERUTI
Narratriċi: Minbarra li jilgħab il-futbol, Carlo kien jitgħaxxaq meta għal- passiġġati fil-foresta qrib Assisi jagħmilhom fil-kumpanija t’ommu u ta’ missieru. Kienu t-tlieta li huma jissaħħru bis-sbuħija tan-natura li ħalaq Alla u jirrispettawha bl-azzjonijiet tagħhom. U meta Carlo jiltaqa’ ma xi annimal ferut, araħ jitlob lill-ġenituri biex iżommu u jdewwieħ.
Carlo: (Inkwetat jiġbor flixkun bil-lasta) Imma kif kollox jarmu barra n-nies Kull ħaġa li ddejjaqhom, jarmuha. Xi saqqu, xi affarijiet imkissrin, xkejjer ta’ madum użat, sa dawn il-fliexken tal-plastik. Ma jafux jaħasra l-ħsara li qed jagħmlu lill-ambjent. (Jara żarmuġ midrub u jmellsu) Ara x’hawn hawnhekk jaħasra…povru żarmuġ..Papa’ jekk jogħġbok nistgħu inżommuħ? Jiena nieħu ħsiebu, indewwieħ u jerġa’ jieħu saħħtu.
Andrea: X’taħseb Antonia? Taħseb li għandna post għalih?
Antonia: U xi rokna ma nsibulux Andrea? Fil-każ Carlo, meta tfejjqu daż-żarmuġ, erġa’ ġibu jgħix, hawn fil-foresta.
Carlo: Iva Ma. Ħalli f’idi. L-importanti miskin li nfejjqu għax inkella, jekk ma ndewwieħx fil-pront żgur li jmut miskin. (Missieru jkollu gaġġa u jpoġġuħ fiha) Issa x’ser insejjaħlu?
Andrea: Sejjaħlu Bubu, bħal ħabib ta’ Yogi bear. (jidħak)
Antonia: Carlo qalbi, sejjaħlu li trid, biss torbotx qalbek miegħu u kif tfejqu tkun trid iżżommu għax dak hawn postu fil-foresta u mhux fid-dar tagħna.
Carlo: Iva Mama’ serraħ rasek!! Smajt hux Bubu…kif tfieq inġibuk lura…issa tlaqna. Dum ftit biex tfieq taf ħalli ngawduk Bubu.
Antonia: Iva veru, ingawduħ ftit imma mbagħad jiġi fil-post naturali tiegħu. Ftehmna hux?
Carlo: Ftehmna Mama’. (jidħku u jkomplu jimxu waqt li Carlo jkollu l-fenek f’idu) MUŻIKA.
IS-SITTAX IL-XENA. SAFAR U PELLEGRINAĠĠI 2005
(Carlo jiltaqa’ ma kuġintu Flavia Fausto Ġiorġia u Mirco wara s-safar)
Flavia: Ara l-għażiż kuġin tiegħi kemm ilna ma narawk!! Kif mortu int u z-zijiet Carl?
Carlo: Morna tajjeb ħafna ħi. Dorna nofs l-Ewropa kemm ġrejna. Mhux ta’ b’xejn inħossni għajjien mejjet.
Ġiorġia: Mela ibda rrakkontalna taf Carl għax ghandna kurżita’ kbira biex nisimgħu mingħandek stess din l-esperjenza kbira.
Carlo: Mela lewwel bdejna bil-Greċja, u morna bħal pellegrinaġġ ġewwa Meteora. Hemmhekk żarna l-knisja tal-Ortodossi li tinsab fil-Vant u ltqajna mal-hieromonks.
Mirco: Dawn xi jkunu Carlo għax qatt ma smajt bihom?
Carlo: Dawn ħbieb huma patrijiet qassisin li jgħixu f’komunita’ waħda. Hemm qagħdt nosserva l-bewsa tal-paċi tagħhom, l-ikoni fuq l-ikonostasi u d-devozzjoni kbira li kellhom.
Fausto: Prosit ħej x’esperjenza dik Carlo.
Carlo: Dak kien biss il-bidu Fausto. Wara morna fil-Vant ta’ Franza u żorna l-grotta ta’ Massabielle ġewwa Lourdes, fejn il-Madonna dehret lil Bernadette Soubirous. Hi bilħaqq…(jiftaħ il-barżakka u joħroġ l-istatwi tal-Madonna tal-plastic, mimlijin bl-ilma ta’ Lourdes.) Hawn, dawn għalikom u għandi wkoll għal ħbiebna l-oħra kollha.
Flavia: Isma Carlo, allura s-Santwarju ta’ Fatima m’intix bi ħsiebek iżżuru?
Carlo: Is-sena d-dieħla Flavia ħi, fi Frar tas-sena d-dieħla, sejjer mal-ġenituri sal-Portugal lewwel biex inzuru s-Santwarju ta’ San Stiefnu ta’ Santarem, fejn hemm l-Ostensorju li fih hemm l-Ostja mirakoluża. Dak l-Ostensorju jostor fiħ dak il-miraklu kbir ta’ raġel li lil martu kien qed jibdilha ma nisa oħra.
Ġiorġia: Għandek tgħid dad-dnub minn dejjem kien jeżisti hux? It-tkissir tal-familji minn dejjem kien.
Fausto: Da żgur li minn dejjem kien. Aqraw ftit l-antik testament!! Araw x’għamel David biex ħa l-mara ta’ Orija? Kompli kompli Carlo għax miskin anki Federico għaddej minn esperjenza qarsa.
Carlo: Qed nieħu gost Fausto nisimek tikkwota l-antik Testment. Dan ifisser li s-suġġeriment tiegħi biex taqraw il-bibja, qed jasal hux? (jitbissmu) Mela ħa nkomplilkom x’niftakar mill-programm Minn hemm imbagħad ser inżuru s-Santwarju tas-sinjura l-bajda, il-Madonna ta’ Fatima. Kemm jien ħerqan li nagħmluha din iż-żjara. Missieri ġietu l-ideja biex aħna t-tlieta nżuru l-Art Imqaddsa wkoll.
Mirco: Prosit ħej Carlo kemm inti xxurtjat ħi!! U meta bi ħsiebkom tmorru għax hemm dejjem bil-gwerer, u meta ma jkunux qed jiġġieldu toqtlok is-sħana li tagħmel. (Jitbissmu) .
Carlo: Biss l-Art Imqaddsa weġibthom li aħjar nibqgħu f’Milan, u ma mmorru xejn.
Flavia: Ara dan kif jirraġuna!! Fil-każ ngħid liz-zijiet biex jieħdu lili minflokok. Niskanta bik Carlo kif ser titlef okkażżjoni bħal dik? Trid niġi magħkom jien?
Carlo: Le ħi mhux għax irrid nirrifjuta li mmur, imma għaliex għandna mmorru fejn Ġesu’ għex il-fuq minn 2000 sena ilu meta hu jinsab hawn magħna ?” Qiegħed hawn magħna l-ħin kollu Flav!! Allura lil-mama’ u l-papa’ għidtilhom li minflok l-art imqaddsa, nippreferi li ngħmlu bħal pellegrinaġġ u nżuru kull knisja li tinsab f’Milan.
Ġiorġia: Carlo ħi, għadek ma għidtilniex fuq iż-żjara tagħkom ġewwa Fatima, fejn il-Madonna dehret lil Franġisku u Ġiaċinta Marto kif ukoll lil Luċija dos Santos.
Carlo: Dażgur ħi, wara Santarem hemm ser immorru, Fatima fejn dehret il-Madonna lit-tlett itfal. Biss billi jien devot ħafna tal-anġlu kustodju u sintendi ta’ San Mikiel, issuġġerejt li mmorru nżuru l-għar tiegħu, f’San Ġiovanni Rotondo wkoll.
Flavia: Carlo għandek x’tgħidilna aktar fuq is-safar u l-pellegrinaġġi ħi, għax issa għandna bżonnok aħna?
Carlo: Le, le Flavia. Naħseb ħadtilkom raskom ngħid? Forsi tgħidu dan Carlo jistudja l-vjaġġ bl-amment? (Jidħku) Ir-riċerki fuq kull pellegrinaġġ inkun għmiltom pass pass. Issa għiduli Flavia, f’hiex nista’ ngħinkom.
Fausto: Ara Carl, ħalli nibda jien. Billi int il-ġenju tal-komputer u tal-internett, nixtieqek tgħini ftit biex nuża id-Dreamweaver, il-Java, ic-C++, u l-Ubuntu.
Mirco: U jien Carl, nixtieqek tispjegali ftit ħi it-teknika aħħarija aġġornata. X’taħseb Carl?
Carlo: Xi triduduni naħseb ħbieb? Mhux tiġu d-dar tiegħi u nfehmkom kollox ta’ ħbieb kbar. (jidħak). Isimgħu, tafu min hu ġenju hux? Min qed jinqeda bija biex ngħaddi l-għerf li jtini Hu lil-ħaddieħor. It-teknoloġija tiġi aġġornata kuljum tafux. Ħabat tajjeb għax kif tkunu d-dar tiegħi, il-kappillan talabni nikkrejalu webpage għall-parroċċa tagħna u nurikom kif issir, anzi nibnuha flimkien. Il-webpage iridha bl-isem Santa Maria Segreta f’Milan.
Flavia: Prosit ħej. Interessanti ħafna.
Carlo: Barra din il-biċċa xogħol, ir-rettur tal-iskola sekondarja, talabni noħloq website biex jippromwovi l-voluntiera. Għal dan ix-xogħol huwa ser jikkontesta f’kompetizzjoni nazzjonali magħrufa bħala “Int tkun volunteer” Biċċa xogħol ħbieb li wkoll nistgħu naħdmu fuqha flimkien xi tgħidu?
Kollha: Prosit x’opportunita’ dik Carl!! Grazzi ħafna.
Carlo: Mela tlaqna lkoll għad-dar tiegħi.
Flavia: Iva grazzi ħafna Carl, xejn xejn nara ftit liz-zijiet għax ili ħafna ma narahom.
Kollha: U grazzi tal-Istatwetta tal-Madonna bl-ilma ta’ Lourdes. Tlaqna. ( jitilqu flimkien lejn dar Carlo) MUŻIKA.
IS-SBATAX IL-XENA. DIXXIPLU DIĠITALI U L-EWKARISTIJA.
Narratur: Ftit jiem wara, fid-dar ta’ Milan, Carlo beda jaħdem ukoll fuq proġett kbir u massiċċ biex jeduka lil ħaddieħor dwar il-mirakli Ewkaristiċi.
Antonia: Carlo!!
Carlo: Hawn Mama’.
Antonia: Fuq xhiex qed taħdem Carlo, sabieħ?
Carlo: Qed naħdem fuq proġett ġdid, Mama’…biex nuri lill-istudenti tiegħi u lid-dinja il-mirakli ewkaristiċi kollha approvati mill-knisja.
Antonia: Prosit Carl x’ideja dik!! Għandi kurżita’ kbira Carlo kif ser jirnexxilek tagħmel dan il-proġett? X’inhi l-ideja tiegħek?
Carlo: Tiftakar Mama’ meta sentejn ilu morna għal dik il-konferenza?
Antonia: Da żgur li niftakar!! L-aktar li niftakar kif int kont affaxxinat b’dawk il-wirjiet.
Carlo: Kellhom bordijiet kbar bħal dik li għamilt jien li jispjegaw ir-rabta bejn l-arti u l-karozza. Jekk xi ħadd jista’ jagħmel wirja fuq l-arti u l-karozzi, għaliex aħna ma nistgħux nagħmlu waħda fuq Ġesu’ fl-Ewkaristija. Din ser tkun l-esibizzjoni perfetta li turi lill-istudenti tiegħi li l-quddiesa hija tal-għaġeb. Huma jaraw kif Ġesu’ jinsab verament fl-Ewkaristija u għaliex kull quddiesa hija miraklu!!
Antonia: Inti għandek ħafna idejat Carlo. Il-papa’ u jien ngħinuk f’kull ħaġa li nistgħu sabieħ. Għidilna dak kollu li għandek bżonn u nkunu ta’ spalla għalik ħi.
Narratriċi: Carlo flimkien mall-ġenituri tiegħu ma ħlewx ħin xejn u bdew jaħdmu fuq il-wirja, li b’kollox riedet tiġbor 152 miraklu ewkaristiku.
Andrea: (li jidħol b’aktar bordijiet) Illum ġibt aktar bordijiet!
Carlo: Tal-ġenn Papa’. Grazzi ħafna.
Narratriċi: Parti mir-rutina tal-ġimgħa ta’ Carlo u parti mill-preparazzjoni essenzjali tal-proġett kienet li jmur għall-adorazzjoni ewkaristika fejn ikun hemm l-Ostja kkonsagrata fl-ostensorju biex kulħadd jaraha. (Fuq iz-zuntier lil ħbiebu)
Carlo: Ejjew ħbieb…kollha eh. M’għandkomx minn x’hiex tistħu.
Ħabib A: Għalfejn sejrin għall-adorazzjoni? Aħjar kieku qedgħin ġol-pixxina sħana bħal din.
Carlo: Araw ħbieb…aħsbu ftit….Jekk noqogħdu fix-xemx insiru somor, jekk noqogħdu quddiem Ġesu’ Ewkaristija, insiru qaddisin. Mela x’inhu l-aħjar, nismaru jew insiru qaddisin?
Ħabib B: Insiru qaddisin hux? Sewwa, sewwa. Ejjew nidħlu ġewwa l-knisja lewwel. Xejn xejn ma taħraqniex ix-xemx. Qed nogħroq ġo dis-sħana. (Jidħlu)
Carlo: (Jurihom it-tabernaklu) Hemm arawh! Hemm qiegħed! Ġesu’ hemm qiegħed, moħbi fl-Ewkaristija. L-Ewkaristija hija l-awtostrada għall-ġenna ħbieb.
Ħabib C: (Skantat u minn taħt l’ilsien) Għaliex hu ferħan daqshekk?
Ħabib A: (Skantat u sotto voċe) Qatt ma rajtu ferħan daqshekk qabel!!
Ħabib B: (Skantat) Ssh shh. Ieqfu mit-tpaċpiċ u nitgħallmu xi ħaġa minn Carlo, u lkoll nismaru bl-ewkaristija.
Narratur: Wara sentejn ta’ xogħol bla heda fuq il-wirja tal-Ewkaristija, Carlo kien jinsab qrib it-tmiem tal-proġett tiegħu. Waqt li Carlo, missieru u ommu jaslu ħdejn darhom bil-bords jaslu wkoll qrib darhom xi ħbieb ta’ Carlo. Carlo jieqaf ikellimhom imma l-ġenituri isellmulhom u jibqgħu sejrin.
Ħabib D: Ara s-sinjuri Acutis. Kif intom? Carlo f’hiex wasalt bil-proġett tiegħek ħabib? Għadek mintix lest?
Carlo: Kważi Filippo, kważi wasalt fl-aħħar. Kemm nagħmel xi ftit tentufiet aħħarin fuq l-aħħar bord.
Ħabib E: Għandek xi ftit ħin biex nilgħabu round Mario Kart? Għaddew ftit ġimgħat mhux ħażin l-aħħar li lagħbna.
Ħabib D: Kont imħabbat wisq dan l-aħħar, Carl?
Carlo: Da żgur! Imma lewwel irrid nurikom xi ħaġa oħra li qed naħdem fuqha. Idħlu…idħlu. (Jidħlu għand Carlo waqt li jixgħel il-kompjuter) Kont qed naħdem ukoll fuq website għall-wirja tiegħi tal-Ewkaristija. Ser tkun tal-għaġeb. B’dan il-mod, kulħadd fid-dinja jista’ jara bħali is-sbuħija li nara jien fl-Ewkaristija.
Ħabib F: Carlo, int xi ħaġa oħra ħabib, int differenti! Jekk xi ħadd ser ikun qaddis, ibqa’ żgur li int ser tkun wieħed minnhom. Issa fuq il-logħba ta’ Mario Kart? X.sa nagħmlu?
Carlo: Jien nilgħab, imma tinsewx l-unika regola tiegħi!! (jitbissem)
Ħabib B: Iva..iva!! Din il-frażi rrepetejtha kull darba li lagħabna f’dawn l-aħħar sentejn…. (jitbissem)
Ħabib E: Siegħa waħda biss ta’ vidjo games.!! (jidħku u jibdew jilgħabu)
Carlo: Moħħok hemm bowser, għax ġej għalik!!!
Ħabib F: Eqq..Eqq Mario!! L-anqas għandek biss taħsibha dik il-mossa!! (Jidħku u jilgħabu…MUŻIKA u fade out)
IT-TMINTAX IL-XENA MARD SERJU U L-AĦĦAR JIEM. 2006.
Narratriċi: F’lewwel t’Ottubru 2006. Bil-wirja Ewkaristika lesta, Carlo kien qed Iħejji biex iniedi lewwel esibizzjoni tiegħu fl-iskola sekondarja li kien jattendi, l-Istitut Ljun Tlettax ġewwa Milan. Carlo jkun qed iħejji l-bords għall-ewwel wirja tiegħu flimkien ma ommu u missieru.
Ħabib Ġ: Eċitat xejn Carlo?
Ħabib Ħ: Ftit ġranet oħra Carlo u kulħadd ikun jista jara din il-wirja fenomnali tiegħek.
Carlo: Iva veru ħbieb!! Ħerqan ħafna biex niftaħ din il-wirja…imma….imma (jixraq u jisgħol) Jien (jixraq u jisgħol)
Ħabib Ġ: Carlo xi ġralek?? (jgħajjatilha) Sinjura Acutis, Sur Acutis!! (jiġu jiġru)
Antonia: (jixraq u jisgħol) X’ġara x’ġara?? Xi ġralek Carlo?
Carlo: (jixraq u jisgħol) Griżmejja Mama’ qishom qed jaqbdu bin-nar.
Andrea: Xi ħadd isejjaħ għan-ners tal-kulleġġ, jekk jogħġobkom malajr, ħaffu…ħaffu għax m’għandux nifs!!
Narratur: Infatti x-xahar t’Ottubru xejn ma fetaħ sabieħ għal Carlo. Dik ix-xerqa qerrieda li tagħtu inkwetathom wisq lill-ġenituri tiegħu tant li l-ġenituri ħaduħ jiġri għand it-tabib. MUŻIKA.
ID-DSATAX IL-XENA WARA LI EŻAMINAĦ IT-TABIB.
Andrea: Qatt ma tagħtu xerqa kerha hekk tabib!! Filli qed narmaw il-bords tal-wirja Ewkaristika li ser iniedi, u f’daqqa waħda tagħtu dix-xerqa kerha. Għalhekk qbadna u ġejna għandek mill-ewwel. Allura x’taħseb dottore fuq ir-riżultati?
Tabib A: (Jeżaminaħ) Għamilna mill-ewwel xi testijiet, u jidher li huwa tajjeb. Issa jekk ma jiġix għall-aħjar, ikollna nagħmlulu aktar testijiet. Ktibtilkom xi mistura minħabba x-xerqa li tagħtu u għandha taħdem fuqu malajr. Issa la kkalma, ħuduħ id-dar, biss tħallux jitħabat ħafna. Infjammazzjoni qawwija fi griżmejh għandu sur Acutis.Parotitis u dehydration. Jaħarquk hux Carlo?
Carlo: Iva…tabib…ħafna.
Tabib A: Dil-parotitis hija nfezzjoni fil-glandola tan-nifs jew tal-bżieq. Għandu bżonn ħafna mistrieħ, taħbit mill-anqas Ħuduħ jistrieħ id-dar issa.
Antonia: Grażżi dottore u nagħmlu kif għidtilna. Ara x’irridu nħallsuk jekk jogħġbok.
Tabib A: Ħamsin Ewro ta’ kollox Sinjuri!! (Tħallsu u jitilqu)
L-GĦOXRIN XENA. IL-MARD JIGGRAVA
Narratur: Il-ġenituri ta’ Carlo xtaqu opinjoni oħra mingħand it-tabib ħabib tal-familja. Infatti dan it-tabib ikkonferma dak li qalilhom lewwel tabib. Ftit jiem wara, l’uġiegħ fuq Carlo beda jżid. Tant li aktar tard dak il-jum, sarulu aktar testijiet. Ommu u missieru ma telquħx minuta waħdu. Beda jkollu d-demm fil-pipi wkoll biex sebat’ijiem wara, tant kien bagħtut li ma felaħx jinżel mis-sodda biex imur il-quddies. Ġie meħud fi klinika li kienet tispeċjalizza fil-mard fid-demm u ġie kkonfermat li kellu l-ewkemja severa, jiġifieri kanċer fiċ-ċelluli l-bojod tad-demm. Eżatt jum qabel il-ftuħ tall-wirja, Carlo kien għadu mixħut fis-sodda, marid, u ma felaħx iqum fuq saqajħ.
Carlo: Mama’…veru.. rrid immur għal-ftuħ tal-wirja, imma bilkemm nista’ niċċaqlaq minn fuq is-sodda..il-gwaj li għandi qed jikxef snienu Mama’…
Antonia: Tinkwetax Carlo qalbi…illum nerġgħu nieħduk l-isptar sabieħ tiegħi..u t-teacher tiegħek jiftaħ il-wirja u jippreżentaha hu għan-nom tiegħek ħi, xi tgħid?
Carlo: (jitbissem għalkemm miġugħ) Ngħid aħjar hekk Mama’. Aħna għamilna dak ix-xogħol kollu u x-xewqa kbira tiegħi kienet li niftħu l-wirja jiena flimkien magħkom ħi. Biss il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Dak li jrid Hu, iseħħ. L-aqwa li tinfetaħ Mama’. (Antonia mbikkija)
Narratriċi ….U kif qalet Antonia omm Carlo, lil binha ħaduħ immedjatament l-isptar fejn ingħata kura intensiva imma …
IL-WIEĦED U GĦOXRIN XENA. U FL-AĦĦAR JITTIEĦED SAN GERARDO.
Narratur: Sadattant l-isptar San Gerardo, waslet ukoll in-nanna Luana b’qalbha maqsuma. It-tabib xejn ma kellu aħbarijiet sbieħ għall-familjari ta’ Carlo waqt li hu kien jinsab xi ftit batut.
Speċjalista: Nibża li għandi aħbarijiet ħżiena ħafna sinjuri Acutis…Ir-riżultati ta’ l-aħħar testijiet ġew lura u Carlo sfortunatament ftit fadallu ħajja. Jiddispjaċini ħafna li xejn aktar ma nistgħu nagħmlu biex inwaqqfuha. Aħna minn naħa tagħna nibqgħu nagħmlu minn kollox biex ma jbagħtix, imma l-marda severa wisq. (ommu tinżel għarkubtejha ħdejn sodtu, mbikkija)
Carlo: Ej ej, Mama’ toqgħodx issewwed qalbek taf!!! Jien noffri dawn it-tbagħtijiet kollha tiegħi lil Alla biex nevita’ l-purgatorju u mmur dritt il-ġenna.
Andrea: (lil martu) Antonia qalbi, irridu ngħixu r-rejalta’. Carlo jibqa’ jagħmlilna l-kuraġġ allavolja jaf li ftit għandu ċans li jirkupra ħi. Irridu naċċettawha Antonia allavolja nafu li diffiċli!! Aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex it-tifel ma jbagħtix qalbi, imma s’hemm nistgħu nagħmlu!! (b’leħnu miksur) Għalhekk kellhom iġibuħ hawn fl-ITU biex jingħata l-ossiġnu minħabba n-nifs bagħtut li kellu.
Luana: Agħmlu kuraġġ intom il-kbar għax it-tifel miskin appoġġ għandu bżonn u mhux qtiegħ il-qalb. Jidher għajjien ħafna.
Antonia: Iva naf miskin! (Miksura) Infatti għalhekk wara lejl mingħajr irqagħad u mistrieħ lil Carlo kellna nittrasferuħ hawn, f’San Gerardo di Monza, Dan l-isptar huwa wieħed mill-aqwa sparijiet fl-Italja mgħammar b’apparat soffistikat biex jitratta l-kundizzjoni tiegħu. Minn kollox nagħmlu qalbi biex Carlo ma jbagħtix jew jbagħti mill-inqas.
Andrea: Lit-tifel kollox agħmilnilu ħi.
Carlo: Tinkwetaw xejn tafux għax sewwa qed tgħid in-nonna, għax dan kollu ried iseħħ!! Noffri l’uġiegħ tiegħi kollu sinjur, u t-tbagħtijiet li rrid ngħaddi minnhom għall-papa Benedittu Sittax, u għal knisja kattolika.
Luana: Bravu bravu sabieħ tiegħi. Miġugħ u tibqa tidħak u tiċċajta.
Carlo: Mhux hekk l-aħjar nann!! (jidħak) MUŻIKA.
IT-TNEJN U GĦOXRIN XENA. TINFETAĦ IL-WIRJA
Narratriċi: Għaldaqstant fl-4 t’Ottubru 2006 l-għalliem ta’ Carlo kien qed jiftaħ il-wirja għan-nom tiegħu u jdawwar lil sħabu tal-klassi mall-meravilja li ħejja Carlo mgħejjun mill-ġenituri tiegħi.
Għalliem: Wieħed minn sħabkom tal-klassi, Carlo Acutis ħoloq din il-wirja tal-mirakli Ewkaristiċi. Ħa aktar minn sentejn biex temm din il-wirja, u hu jittama li intom taraw li dawn il-mirakli mhumiex ħrejjef jew leġġendi, imma dawn huma ġrajjiet veri, u approvati xjentifikament.
Ħabib Ġ: Imma Carlo fejn hu? Kif ma ġiex hu biex jiftaħ din il-wirja tal-meravilja?
Ħabib Ħ: Biex il-wirja fetaħha s-Sir, naħseb li Carlo mhux f’sikktu!!
Ħabib I: Taħseb li ma jiflaħx? Tgħid nistaqsu lis-sir? (jarawħ ġej lejhom)
Ħabib Ħ: Araw is-Sir ġej l’hawn. Jien ser nistaqsieħ? (jasal qribhom) Skużi Sir, x’sar minnu Carlo? Kif ma fetaħx il-wirja hu?
Għalliem: Carlo reġgħu daħħluħ l-isptar urġenti. Ommu qaltli li ma tantx qed juri sinjali ta’ fejqan miskin. Għandu bżonn it-talb. (Sħabu jaqbżilhom id-dmugħ)
Ħabib Ħ: Sewwa qed jgħidilna s-Sir…Ara imxu quddiem Ġesu’ Ewkaristija kif kien iħobb jagħmel hu, u nitolbu għalih miskin. Carlo hemm kien isib il-faraġ.
Għalliem: Iva sewwa qed tgħid, u jien niġi magħkom. Imxu.
Narratur: U rħewlha lkoll lejn il-knisja biex jitolbu għal-bżonnijiet ta’ Carlo. MUŻIKA
IT-TLIETA U GĦOXRIN XENA. L-AĦĦAR NIFSIJIET.
Narratriċi: L-Istaff tal-isptar sejjħu lill-kappillan biex jagħmillu d-dilka tal-Griżma tal-Morda. Carlo beda jintilef minn sensieħ u jerġa jiġi. Ommu u missieru mitluqin fuq żewġ pultruni mejtin bil-għejja u reqdin. Tiġi ners biex tikkuraħ.
Carlo: (B’għajnejħ nofshom magħluqin. Sotto voce) Ners…ners.
Ners: X’għandek bżonn Carlo sabieħ?
Carlo: Tqajjimhomx ners jekk jogħġbok għax għajjenin ħafna msieken u ma rridx ninkwetahom aktar.
Ners: Kollox sew Carlo!! Għidli imma, int miġugħ ħafna sabieħ? Fil-każ inżidlek d-doża taf!!
Carlo: (dejjem inaqqas il-vuċi) Le le ners. Hemm nies li qed ibgħatu ħafna aktar minni. Kemm bata’ għalina aktar il-Mulej Ġesu’…(jisgħol u ommu u missieru jistembħu)
Andrea: Ibni…erġajt xraqt?
Antonia: (Imbikkija) Ibni, kemm kellek issifri!!
Carlo: Ma la tibżax. Billi Ġesu’ sar bniedem, il-mewt saret il-passaġġ lejn il-ħajja eterna, u aħna m’għandniex naħarbuha. Inħejju lilna nfusna biex nisperjenzaw din ix-xi ħaġa straordinarja għall-ħajja eterna”
L-ERBGĦA U GĦOXRIN XENA. IL-MEWT TIEGHU
Narratriċi: Fil-11 t’Ottubru 2006, fl-isptar ta’ Monza, il-qalb ta’ Carlo bdiet tnin. Huwa waqa f’koma u ma ġiex lura minnha. Sħabu xtaqu li jarawħ l-isptar imma ma kienx f’qagħda li jarahom.
Narratur: Qalb Carlo Acutis waqqfet tħabbat kompletament l-għada 12 t’Ottubru 2006 fis-6.45 p.m. F’daqqa waħda n-ners kuranti għajtet!!
Ners: Tabib, tabib, ejja malajr. Qalbu mhix tirrispondi!
Speċjalista: (Jidħol jiġri) Ħuduħ fl-emergenza!! Issa…issa…
Antonia: LE LE!!! Carlo tiegħi!! (tibki)
Andrea: Iċ-ċkejken tagħna. (jibki)
Ners: (Tieqaf pront) Imma tabib! (Tara l-monitor u tisma l-bleep) Ħalliena…Carlo ħalliena.
Antonia: LE Carlo għażiż tiegħi, tiegħi!! Tħalliniex weħedna!! (tibki)
Andrea: Carlo tagħna straħ, Antonia. (jibki)
Speċjalista: (Imisslu l-polz) Iva sinjuri, Carlo mar fejn dejjem xtaq. Jiddispjaċini sinjuri Acutis. Lunghi Giorni!! Ners, ħuduħ fis-sodda tiegħu ners, u għamlu l-proċeduri tas-soltu. Wara tistgħu tħallu ftit lil sħabu jidħlu ħdejħ u jagħtuħ l-aħħar tislima. Ser ninfurmaħhom jien li Carlo miet, biex jekk hemm xi ħadd minnhom li ma jħossux komdu, ma jidħolx.
Ners: Iva tabib. Mela f’idejk.
Speċjalista: U intom sinjuri, x’bi ħsiebkom tagħmlu issa, għad-difna etc? Skużawni li forsi m’għandkomx moħħ, imma sfortunatament dawn il-mistoqsijiet ikolli nagħmilhom. Ejjew noħorġu ftit minn ħdejħ, ħalii n-nerses jagħmlu l-bżonnijiet meħtieġa, jien inkellem lil sħabu u mmorru niftehmu kollox fl-uffiċju tiegħi.
Antonia: (B’leħinha miksur) Iva tabib, hekk nagħmlu.
Andrea: Hekk nagħmlu tabib u grazzi ta’ kollox. Ejja Antonia ħalli nagħtuh l-aħħar bewsa. (Imorru fuqu mbikkijin u jbusuħ waqt li t-tabib joħroġ)
Narratriċi: Sħabu, qatt ma bassru li Carlo kien ser iħalli did-dinja daqshekk żgħir. Kellu biss 15 il-sena. (Għarkubtejhom ħdejħ mejjet fis-sodda)
Ħabib Ġ: Ma nistax nemmen li Carlo miet!!! (jibki)
Ħabib Ħ: (jibki) U eżatt ftit wara li spiċċa l-wirja!!
Ħabib I: (jibki) Carlo ħabib tagħna itlob għalina. Aħna ċerti li int tinsab hemm fuq, fil-ġenna!! MUŻIKA.
Narratriċi: Il-ġenituri ta’ Carlo ħadu l-ġisem mejjet tiegħu lura lejn id-dar, fejn in-nies għal erbat’ijiem sħaħ ġew biex jagħtuħ l-aħħar tislima u juru r-rispett tagħhom lejħ. Ġew dawk it-tallaba, ta’ bla saqaf fuq rashom, barranin li jaħdmu f’Milan, ħbieb tal-iskola qassisin, student tiegħu u dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu ltaqgħu ma Carlo.
Narratur: Il-funeral ta’ Carlo sar fl-14 t’Ottubru, 2006 fil-knisja ta’ Santa Maria Segreta u għalih attendiet folla enormi fosthom dawk in-nies li diġa semmejna. Attendew ukoll ħafna żagħżagħ li kienu abbandunaw jew tellqu mill-knisja kattolika u reġgħu lura. Wara l-funeral, Carlo ġie midfun f’Ternengo fil-provinċja ta’ Biella. Biss ix-xewqa ta’ Carlo kienet dejjem li jkun qrib ta’ San Franġisk. Għalhekk sena wara, il-ġenituri tiegħu ħaduħ fiċ-ċimiterju t’Assisi. Biss aktar il-quddiem fil-proċess għal-qdusija, saret ir-rieżumazzjoni tal-ġisem ta’ Carlo miċ-ċimiterju t’Assisi li ġew trasferiti lejn is-Santwarju tal-Ispoljazzjoni f’Assisi stess fl-Italja fejn kien dejjem xtaq hu. Dan sar bejn it-23 ta’ Marzu u l-Ħadd 7 t’April 2019. MUŻIKA.
Narratriċi: Sakemm Carlo kien għadu ħaj, il-ġenituri tiegħu ma kellhomx aktar tfal għalkemm kienu tant xtaqu li jkollhom aktar ulied. Saħansitra fittxew l-għajnuna medika wkoll. Preċiżament erbgħa snin wara l-mewt ta’ Carlo, jiġifieri fl-2010, ommu Antonia li issa kellha 44 sena, welldet tewmin, Michele u Francesca. Antonia saħħqet li t-twelid tat-tewmin seħħ bl’interċessjoni ta’ binha Carlo.
TMIEM. Illum 30 ta’ Settembru, 2024.
IT-TRIQ GĦALL-BEJATIFIKAZZJONI
Narratur: Is-sejħa biex Carlo Acutis ikun ibbejatifikat ma tantx damet biex titressaq wara mewtu. Infatti fit-12 t’Ottubru 2012, fis-sitt anniversarju ta’ mewtu, l-arcidjocesi ta’ Milan fetħet il-kawża għal-kanonizzazjoni tiegħu. It-talba ġiet mismugħa bla telf taż-żmien tant li fit-13 ta’ Mejju 2013 meta l-kongregazzjoni għal-kawża tal-Qaddisin ħarġet nihil obstat li tghid li ma kien hemm xejn li seta’ jżomm il-kawża tiegħu biex timxi l-quddiem. Għalhekk Carlo Acutis ġie msejjaħ “Il-Qaddej t’Alla” lewwel pass lejn il-mogħdija biex jilħaq qaddis. Il-konferenza episkopali tal-Lombardija approvat it-talba għal-kawża tal-kanoniżżażjoni tiegħu biex titkompla fil-laqgħa li kellha ssir fl-2013.
Narratriċi: Għaldaqstant, il-ftuħ tal-investigazzjoni djoċeżana sar fil-15 ta’ Frar 2013 bil-kardinal Angelo Scola jinawgura il-ftuħ tal-proċess. Il-kardinal qal li “Acutis ma ġiex imsejjaħ biex ikun xi stilla tal-films, imma biex ikun stilla fil-Ġenna” u li Acutis kien teżor ġdid fil-knisja Ambrosjana. L-introduzzjoni formali ġrat fit-13 ta’ Mejju 2013 u għalqu fl-24 ta’ Novembru 2016. Acutis ħa t-titlu ta’ “Il-Qaddej t’Alla”
Narratur: Carlo Acutis kien espert żgħir fl-eta’ ta’ ħmistax il-sena, imma ġenju kbir fl-abbilta’ biex jipprogramma u joħloq fuq il-kompjuter wirjiet u informazzjoni ġenerali fuq mirakli Ewkaristiċi – Meta l-ħobż u l-imbid jinbidlu fiżikament fil-ġisem u d-demm ta’ Ġesu’ kif ukoll id-dehriet kollha li ġew dokumentati w irrapurtati tal-Verġni Marija.
Narratriċi: Il-kanonizzazjoni hija t-terminu uffiċjali meta persuna tiġi ddikjarata qaddis/a. Ikun meħtieġ u vverifikat proċess normalment fit-tul ta’ ħajja eżemplari u qaddisa. Dan jinkludi wkoll konferma ta’ żewġ mirakli.
Narratur: Il-papa Franġisku mbagħad ikkonferma li ħajjet Carlo kienet ħajja ta’ virtu’ ta’ eroj u fil-5 ta’ Lulju 2018 ipproklamaħ VENERABBLI..
Narratur: Lewwel miraklu li fetaħ it-triq għall-bejatifikazzjoni ta’ Carlo kien jinvolvi l-fejqan ta’ tifel Brażiljan ta’ 3 snin, jismu Mattheus miraklu li twettaq fl-2013. It-tifel, li kien twieled b’difett fil-frixa, ma setgħax jgħix fit-tul biħ u kellu problema kbira biex jiekol. Il-każ ġie eżaminat fl-14 ta’ Novembru 2019. Il-kunsill Mediku tal-Vatikan għall-kawżi tal-qaddisin, esprimiet opinjoni posittiva fuq dal-miraklu li sar bl’interċessjoni ta’ Carlo Acutis. Ċertu Luciana Vianna ħadet lil binha Mattheus għal servizz ta’ talb. Qabel marret għal das-servizz ta’ talb, Luciana għamlet novena ta’ talb bl-interċessjoni taż-żagħżugħ Carlo Acutis. Matul is-servizz it-tifel kien talab biex ma jidħabatx ħafna għax kien qed iħossu debboli. Immedjatament wara s-servizz huwa qal lil ommu li kien qed iħossu mfejjaq u meta waslu d-dar Mattheus talabha ikel solidu. Sa dak il-ħin, huwa kien dejjem qagħad fuq dieta likwida. Wara nvestigazzjoni dettaljata, l-papa Frangisku kkonferma l-miraklu billi ħareġ degree fil-21 ta’ Frar 2020 li wassal għal-bejatifikazzjoni ta’ Acutis.
Narratriċi: Biss xahar wara li ħareġ id-digrid, iċ-ċerimonja tal-bejatifikazzjoni kellha tiġi posposta minħabba li fl-Italja faqqgħet il-pandemija tal-Covid -19, u l-pajjiż kollu kien taħt lockdown. Kien ippjanat biex iċ-ċerimonja tiġi posposta għal 10 t’Ottubru 2020.u ċ-ċerimonja saret fil-knisja ta’ Fuq, fil-Basilika ta’ San Frangisk f’Assisi stess fl’Italja. Il-kardinal Agostino Vallini ippresieda u mexxa ċ-ċerimonja f’isem il-Papa Franġisku. Mill-2019, il-postulatur għall-kawża ta ‘Acutis kien Nicola Gori. Miċ-ċerimonja tal-bejatifikazzjoni tal-10 t’Ottubru 2020, folol silenzjuzi bdew jippreżentaw irwieħom u quddiem ir-relikwi esposti taż-żagħżugħ mbierek ġol-katidral t’Assisi Santa Maria Maġġiore li sar għal jum wieħed.
Narratur: Wara li l-knisja kattolika irrikonoxxiet il-miraklu li twettaq fl-2020 bl-interċessjoni ta’ Carlo Acutis, ommu Antonia qalet lil-midja li binha dehrilha f’ħolma u qalilha li hu mhux biss isir bejatu imma wkoll jiġi kkanonizzat aktar il-quddiem bħala qaddis.. Ġiet ikkrejata wkoll website għall-kanonizzazjoni tiegħu. Oħrajn ġew krejati għall-għalliema , għaż-żagħżagħ u gruppi tat-talb u sintendi website għal kull waħda mill-erbgħa wirjiet li kien ispira minn qabel Carlo Acutis.
Narratriċi: Carlo ġie bbejatifikat mill-knisja kattolika fl-10 t’Ottubru 2020 tarġa qabel jiġi dikjarat qaddis.
Narratur: IT-Tieni Miraklu kien jinvolvi studenta minn Costa Rica jisimha Valeria Valverde, li kienet f’xifer il-mewt wara li kienet korruta serjament f’rasha f’aċċident gravi bil-bicycle waqt li kienet qed tistudja f’Firenze fl-2022. It-tifla ttieħdet l-isptar, fejn infetaħ il-kranju tagħha biex tittaffa l-pressjoni fuq il-moħħ, iżda s-sitwazzjoni baqgħet xorta kritika tant li t-tobba tawha ċans żgħir u minimu ta’ fejqan. Dan l-inċident ġara fit-2 ta’ Lulju 2022 u kollega t’ommha mill-ewwel bdiet titlob lill-Beatu Carlo Acutis. Sitt ijiem wara, omm it-tifla Liliana marret Assisi biex titlob fuq il- qabar tal-Beatu Carlo. Dakinhar stess, it-tifla bdiet tieħu nifs waħidha, u l-għada bdiet timxi weħeda bix-xhieda kollha li l-amorogija kienet għebet. Fi żmien għaxart ijiem ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Ix-xahar ta’ wara bdiet it-terapija iżda damet biss ġimgħa minħabba li fieqet malajr. Il-Papa Franġisku għaraf it-tieni miraklu li twettaq bl-interċessjoni ta’ Carlo Acutis f’digri li ħareġ fit-23 ta’ Mejju, 2024.
WIRJA TA’ RITRATTI TA’ MIRAKLI EWKARISTIĊI
Narratriċi: B’tifkira ta’ Acutis, l-isqof Raffaello Martinelli u l-Isqof Angelo Comastri taw l-għajnuna tagħhom biex jorganizzaw wirja tar-ritratti fuq l-ivvjaġġar ta’ kull post, lokal jew belt fejn kienu twettqu l-mirakli ewkaristici kollha. Minn dak iż-żmien l’hawn il-wirjiet daru ruxmata pajjiżi differenti madwar il-ħames kontinenti.
Narratur: L-Introduzzjoni għall-verżjoni tal-istampar tal-wirja kienet miktuba mill-kardinal Angelo Comastri u kienet maqluba fi tmintax il-lingwa differenti. Il-wirjiet ivvjaġġaw għal aktar minn 10,000 post inklużi knejjes palazzi ta’ kungressi youth clubs u ċentri ta’ merħba. Il-wirjiet wasslu wkoll biex Francesco u Jacinta Marto, tnejn mit-tfal ta’ Fatima fil-Portugal, saru qaddisin.
IL-PARROĊĊA TAL-BEJATU CARLO ACUTIS. 2020
Narratriċi: Fil-15 ta’ Diċembru 2020 taħt il-previżżjoni tal-liġi kanonika, l-Arċisqof Bernard Longley waqqaf parroċċa ġdida fl-arċidjoċesi ta’ Birmingham, fl’Inghilterra, bl-isem Tal-Bejatu Carlo Acutis. Il-parroċċa tinkorpora tlett knejjes, dik ta’ San Pietru u San Pawl, San Mikiel u Santa Bernadette ġewwa Wolverħampton u din ta’ Carlo Acutis.
Narratur: Barra minn hekk fl-Amerka, f’Lulju 2021, il-parroċċi ta San Gwann Berchmans fi pjazza Logan ġewwa Chicago u Santa Hedwig ġo Buckmans ġie inkluż ukoll magħhom il-patroċinju tal-Bejatu Carlo Acutis. Waqt li f’April 2022 ġiet imwaqqfa fir-renju Unit ġewwa l-Iskozja fit-tramuntana ta’ Lanarkshire lewwel statwa kbira daqs bniedem ta’ Carlo Acutis. f’Carfin Grotto.
Narratriċi: Xi relikwi tal-Bejatu Carlo Acutis jinsabu fil-kappella tall-Kulleġġ ta’ Dartmouth, kulleġġ iddedikat lil San Klement. Il-papa Franġisku sejjaħ ukoll lil Carlo bħala l-mudell għal dawk in-nies li jgħixu ħajja sempliċi u normali billi jikbru fil-qdusija. Ir-relikwi flimkien mal-wirjiet tar-ritratti esebiti fuq il-mirakli ewkaristiċi għadhom iduru madwar id-dinja.
Narratur: L-Istorja ta’ ħajjet Carlo, ġiet addattata biex tidher fi ktieb tal-komiks u sintendi logħba tal-vidjo. Billi f’ħajtu kien joħloq ħafna logħob għal-vidjos u hu stess kien dilettant ta’ ħafna logħob li joħloq, ġie msejjaħ ukoll “LEWWEL GAMER QADDIS” Fl-1 ta’ Lulju 2024, il-papa Franġisku mexxa laqgħa Ordinarja ta’ Kardinali li qablu u approvaw il-kanonizzazjoni ta’ 15 il-persuna inkluż il-bejatu Carlo Acutis. Minbarra l-frażi ħelwa li kien juża li kulħadd imut bħal fotokopja Carlo insista li l-boxxla taghna għandha tkun il-kelma t’Alla li biha għandna niffaċċjaw ħajjitna. Imma biex nirnexxu f’dan il-għan hekk għoli, irridu mezzi speċjali: is-sagramenti mqaddsa u t-talb. Lewwel u qabel kollox, Carlo poġġa s-Sagrament tal-Ewkaristija fiċ-ċentru ta’ ħajtu, liema sagrament kien isejjaħlu “L-Awtostrada Tiegħi lejn il-ġenna”.
Eżumazzjoni f’Assisi

Narratriċi: Il-qabar ta’ Carlo Acutis fis-Santwarju tal-Ispoljazzjoni f’Assisi l-Italja. Kienet id-deċiżżjoni aħħarija ta’ Acutis biex jindifen f’Assisi’ Għalhekk, fis-6 t’April 2019 il-ġisem tiegħu kien miġjub f’dan is-santwarju tal-ispoljazzjoni u jiġi meqjum f’dan l-aħħar post ta’ mistrieħ. Matul il-lejl il-proċessjoni waqfet ħesrem fil-Katedral ta’ San Rufino u l-kor djoċesan kanta “Non io ma Dio” jew “Mhux jien imma Alla” innu miktub speċjalment apposta għall-okkazzjoni minn Marco Mammoli.
Narratriċi: Għalkemm id-data speċifika għal-kanonizzazjoni tiegħu għada mhix imħabbra il-Vatikan indika li din ser issir fl-2025, meta l-knisja tiċċelebra l-ġublew jew fis-sena qaddisa, li taħbat kull 25 sena.
GĦELUQ TA’ KOLLOX ILLUM 2 T’OTTUBRU 2024.