Il-Mirakli Ewkaristiċi (92)
minn Manwel Cutajar
Skont sorsi relatati mal-allegati Mirakli Ewkaristiċi f’Naju u Ruma, Julia Kim esperjenzat allegati Mirakli Ewkaristiċi oħra fejn l-Ewkaristija Divina nbidlet f’laħam u demm viżżibli f’ħalqha għal 14-il darba.
Dawn l-allegati Mirakli Ewkaristiċi seħħew bejn Mejju 1988 u Frar 2010, u ġew osservati minn diversi uffiċjali tal-Knisja fosthom il-Papa San Ġwanni Pawlu II innifsu waqt Quddiesa privata fil-Vatikan, Ruma, fil-31 ta’ Ottubru 1995, kif għidna fl-artiklu preċedenti.
Dettalji ta’ xi whud minn dawn l-allegati Mirakli
L-Ewwel allegat Miraklu Ewkaristiku seħħ fil-5 ta’ Ġunju, 1988, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Naju fis-Solennità tal-Corpus Christi metal-Ewkaristija li rċeviet Julia nbidlet f’laħam u demm fuq ilsienha. Imbagħad kibret f’ħalqha, u Julia kkonsmatha.
Julia ma kinitx taf li dan kien Miraklu Ewkaristiku. Hija qatt qabel ma kienet esperjenzat ħaġa bħal din.
It-Tnax l-allegat Miraklu Ewkaristiku seħħ fid-9 ta’, Ottubru 1996 waqt quddiesa wkoll fil-knisja Parrokkjali ta’ Naju, li fiha Julia rċeviet l-Ewkaristija f’ħalqha u allegatament għal darb’oħra nbidlet f’laħam u demm. Diversi saċerdoti minn barra l-pajjiż, fosthom Fr. Louis Bosmans u Fr. Raymond Spies, kienu preżenti u raw dal-Miraklu.
Dakinhar ittieħdu wkoll bosta ritratti ta’ Fr. Spies jeżamina l-Ewkaristija ttrasformata f’ħalq Julia.
L-Aħħar u l-Erbatax allegat Miraklu Ewkaristiku seħħ f’Ruma, fit-28 ta’ Frar 2010, f’Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Giovanni Bulaitis u Fr. Aloysius Chang f’kappella privata fir-residenza tal-Arċisqof, fil-Vatikan. Hawnhekk ukoll Julia rċeviet l-Ewkaristija f’ħalqha li nbidlet f’laħam u demm ħaj.
L-Arċisqof Bulaitis, Fr.Chang, erba’ sorijiet u ħames Koreani oħra li kienu preżenti raw dal-Miraklu.
L-Arċisqof Bulaitis kiteb testimonjanza ta’ erba’ paġni dwar dal-Miraklu Ewkaristiku u għaddieh lill-Kardinal Ivan Dias, li dan mbagħad wassal dit-testimonjanz flimkien mal-Ewkaristija Mirakoluża (li minnha kien ħareġ id-demm f’Naju fl-16 ta’ Ottubru 2006) lill-Papa Benedittu XVI f’Marzu 2010.
Sussegwentement, il-Papa Benedittu XVI ta istruzzjonijiet għall-ħarsien u preservazzjoni bir-reqqa tal-Ewkaristija Mirakoluża u stqarr: “Jiena favur Naju!”
It-Testimonjanza tal-Arċisqof Giovanni Bulaitis
L-Arċisqof Giovanni Bulaitis, dak iż-żmien Pro-Nunzju Appostoliku għall-Korea għas-Santa Sede, xehed li ra Mirakli Ewkaristiċi sinifikanti f’Naju, il-Korea t’Isfel, partikolarment fl-24 ta’ Novembru 1994, u aktar tard fl-2010, meta afferma Ostja Mqaddsa trasformata f’laħam u demm viżibbli f’ħalq Julia Kim fil-Vatikan, u b’hekk ikkonferma l-Preżenza t’Alla u vvalida l-ġrajjiet ta’ Naju, minkejja l-oppożizzjoni tal-Knisja lokali.
Huwa rrapporta dawn il-ġrajjiet lill-Vatikan, fejn enfasizza l-Preżenza Reali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija Divina u n-natura Sopranaturali ta’ dal-Miraklu Ewkaristiku.
Uħud miIl-Ġrajjiet Ewlenin li ra l-Arċisqof Bulaitis li huma msemmija fit-testimonjanza tiegħu
1. Fit-24 ta’ Novembru, 1994 f’Naju: Waqt żjara fil-Kappella tal-Omm Imqaddsa Marija, Ostja Sagra kbira, immarkata b’Alpha (α.) u Omega (Ω), inbidlet f’laħam u demm f’ħalq Julia Kim, Miraklu Ewkaristiku li l-Arċisqof Bulaitis ikkonfermah u rrapportah.
2. Fit-28 ta’ Frar, 2010 fil-Vatikan, Ruma:F’Casa San Benedetto f’Ruma, waqt Quddiesa privata ra l-Ewkaristija Julia tinbidel viżibbilment f’ħalqha f’laħam u demm ħaj, Miraklu Ewkaristiku li l-Arċisqof Bulaitis, flimkien mas-sorijiet tal-Vatikan, affermaw, u li mmarka mument sinifikanti għal Naju.
Is-Sinifikat tat-Testimonjanza tal-Arċisqof
Konferma Uffiċjali: Bħala r-rappreżentant tal-Papa, ix-xhieda u r-rapporti diretti tiegħu taw kredibilità lill-ġrajjiet mirakolużi Ewkaristiċi ta’ Naju.
Sfida lill-Oppożizzjoni: Il-pożizzjoni pożittiva tiegħu kkontrobattit d-dikjarazzjonijiet negattivi minn xi membri tall-kleru lokali, u wriet il-fehma favorevoli tal-Vatikan, hekk kif ra lil xi saċerdoti ta’ Kwangju bħala diżubbidjenti lejn is-Santa Sede.
Il-punt fokali fuq l-Ewkaristija: L-Arċisqof Bulaitis enfasizza li dawn il-Mirakli Ewkaristiċi żvelaw ir-realtà sopranaturali tal-Ewkaristija—il-Preżenza vera,ħajja u reali ta’ Ġesù—lil hinn mid-dehra tal-ħobż u l-inbid.
Ir-Rwol tal-Arċisqof Bulaitis
Huwa kien sostenitur qawwi Mirakli Ewkaristiċi f’Naju, u ddefenda l-awtentiċità tagħhom kontra kull reżistenza miġjuba minn xi membri tal-kleru lokali.
L-azzjonijiet tiegħu, inkluż l-eżamijiet xjentifiċi u teoloġiċi bir-reqqa tal-Ostji Mirakolużi rikjesti minnu u r-rappurtar tiegħu lil Ruma, servew bħala dixxerniment uffiċjali għall-Knisja Kattolika.
L-Arċisqof Bulaitis ra l-Mirakli Ewkaristiċi f’Naju u Ruma bħala l-mod kif Alla jiġbed lill-bnedmin kollha lura lejn it-twemmin u l-Imħabba lejn Ġesù Kristu preżenti bil-Ġisem, id-Demm, ir-ruħ u d-Divinità Tiegħu fl-Ewkaristija Divina.