L-aħħar ħarġa tas-sena 2025 tar-Rivista djoċesana Il-Ħajja f’Għawdex tfakkar bħal ta’ qabilha iktar anniversarji importanti b’rabta ma’ Għawdex, fosthom il-100 sena kemm mill-mewt tal-Isqof Agostinjan Giovanni Maria Camilleri u mit-twaqqif tal-Festa ta’ Kristu Re. Mill-arkivju ekkleżjastiku f’Għawdex taqla’ wkoll omelija tal-Milied li saret fl-1898, waqt li ssellem il-memorja ta’ soru ħabrieka Salesjana li ħallietna matul l-aħħar xhur. Insibu wkoll rapport dwar iż-żjara tal-Isqof Anton Teuma fl-Awstralja, filwaqt li l-aħħar paġni huma ddedikati lil werrej ta’ kulma deher fl-aħħar għaxar ħarġiet matul is-sena 2025.
