Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd
AGĦTI LIL ALLA DEJJEM IN-NO 1
X’jippretendi Alla mil-bniedem
Ġesu’ fil-Vanġelu qiegħed jitlob minna llum li nqiegħdu lil Alla FL-EWWEL POST, jiġifieri saħansitra qabel il-ġenituri tagħna, uliedna etċ

Iebes dan il-kliem !!!
IEBES issib min jgħidlek dan il-kliem.
IEBES ?
Are you kidding ?
IEBES ?
“Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej” (Salm 34, 8)
Jekk dan il-kliem issibu iebes, mela sinjal li QATT MA DOQT TASSEW LIL ALLA.
Int bejn pizza għadha ħierġa mil-forn tal-injam, u pizza msaħħna fil-micro oven x’tagħżel ?
Int bejn karta tal-500 Ewro u ċenteżmu tal-Ewro x’tagħżel ?
Alla waħdu biżżejjed

MIN IDUQ LIL ALLA JAGĦŻEL LIL ALLA
L-Omm tagħna Santa Tereża tgħajjat ALLA WAĦDU BIŻŻEJJED.
OVVJU.
Insibha diffiċli tafx li nidħol patri, li nsir saċerdot, li nidħol soru
Din bħalma ssib min igħidlek, ‘illum tidħol patri diffiċli’.
DIFFIĊLI ? Trid tiċċajta jew ?
Li tagħti ħajtek, saħħtek, il-kollu tiegħek lil Dak li wiegħed li jħallas bil-mitt darba, MHUX L-AQWA GĦAŻLA, l-aktar għażla emozjonalment u finanzjarament li tagħmel sens f’dinja fejn l-imħabba ġiet svalutata u tiswa daqs ċenteżmu ġo supermarket JIXRAQ LI TAGĦTI LURA LIL MIN TAK IL-ĦAJJA, ĦAJTEK ?
Imgħax ta’ mijja fil-wieħed
Mijja fil-wieħed ifisser rata ta’ imgħax ta’ għaxar t’elef fil-mija.
Mela joħorġu bonds bil-4.8 % u jinħatfu fi ftit siegħat, u meta Alla joffri bonds li jħallsu imgħax ŻGUR, bla problemi ta’ xejn u bla taxxa fuqhom, ta’ għaxart elef fil-mija, nibdew naħsbu li hija scam, too goo to be true.
Alla BISS JIXRAQLU l-UNU
QIEGĦED LIL ALLA FL-EWWEL POST ILLUM.

Igħidulek imma kif tista’ ma tqiegħedx lil uliedek fl-ewwel post ?
Kif tista’ tqiegħed lil ġenituri tiegħek fir-raba’ post (jekk miżżewweġ u għandek it-tfal) jekk ir-raba’ kmandament huwa: ‘weġġah lil missierek u lil ommok’ ?
SEMPLIĊI
Għax jekk int il-1 tagħtih lil Alla, TANT SE JKOLLU VOTI madwar id-dinja kollha, li dawk li lilhom tkun tajthom it-2, se jitilgħu sparati xorta waħda, u l-istess lil min tajtu it-3 (bil-wirt tal-voti).
Imma jekk il-1 tajtu lil xi kandidat indipendenti, x’aktarx li se tkun wieħed minn ftit li se tagħmel hekk, u jaħasra l-vot jispiċca jintilef.
IMMA LE, IL-1 TIH LIL ALLA U LIL ALLA BISS, u jekk int miżżewweġ lil żewġek, lil martek, lil uliedek, lil-ġenituri tiegħek etċ tihom in-numri ta’ wara, ibqa’ ċert li dawk SE JGAWDU AKTAR MILLI KIEKU TAJTHOM IL-1, li kien se jispiċċa jintilef mat-tieni jew it-tielet count.
ĦADDEM RASEK !!!!
KUN GĦAQLI !!!!!
IL-1 TIH DEJJEM, U BISS, LIL ALLA.