Kors dwar ir-relazzjonijiet fil-familja

Imexxi l-Isqof Anton Teuma f’Dar Manresa, Victoria, Għawdex

Għal min jixtieq japprofitta mill-jiem ftit iktar kalmi tas-sajf biex ikompli jifforma ruħu, l-Institute for Pastoral Ministry, fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex, qed joffri dawn iż-żewġ korsijiet:

Għad baqa’ ftit postijiet għall-kors dwar “Ir-Relazzjonijiet fil-Familja” li ser jibda nhar l-Erbgħa li ġej, l-1 ta’ Lulju.  Jekk xi ħadd jixtieq japplika jista’ jibgħat email fuq mtz@churchingozo.mt jew iċempel fuq 99877339

Il-kors hu indirizzat għal persuni, koppji (miżżewġa jew għarajjes), ġenituri u carers ta’ tfal u adolexxenti, li jixtiequ jsaħħu u jsebbħu r-relazzjonijiet familjari tagħhom

Hu utli wkoll għal kull min jaħdem mal-koppji u familji f’kuntesti differenti (akkreditat mill-MFHEA bħala MQF Level 4 – 3ECTS).

F’dawn il-ġranet jinsabu miftuħa l-applikazzjonijiet għall-kors “Safeguarding of Minors & Vulnerable Persons” li ser jibda l-Ġimgħa, 10 ta’ Lulju.  Għal aktar informazzjoni dwar il-kors wieħed jista’ jżur is-sit: https://www.ipm.edu.mt/courses/safeguarding-of-minors-sm/

Il-kors hu indirizzat għal kull min għandu għal-qalbu l-benesseri tat-tfal u b’mod partikolari, għal persuni li jaħdmu mat-tfal f’ambjenti edukattivi u/ jew pastorali.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading