Ħarġa Nru 1079
Ir-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex ma setgħetx tħalli għaddej l-10 anniversarju minn meta tlesta l-proġett ta’ riġenerazzjoni taċ-Ċittadella, b’intervista esklussiva maż-żewġ idejn warajh. Nibqgħu fl-istess post, u l-istoriku Dr Joseph Bezzina jikteb dwar it-300 sena mill-ewwel Purċissjoni ta’ Santa Marija. Naqraw ukoll dwar il-proġett interessanti li għaddej fuq l-Għolja ta’ Għammar, kif ukoll reminixxenzi dwar il-mibki Mons. Salv Debrincat, li kien Kanċillier tad-Djoċesi ta’ Għawdex, miktuba minn Stephen Attard li llum ukoll ħalliena. Fl-aħħar nett, titlifx it-tieni puntata fis-sensiela li tiżvela kif San Ġorġ Preca żar Għawdex iktar minn darba.
