Fuljett ta’ Informazzjoni Nru 11
Il-Metodolodgija Bażika tas-Centering Prayer
Jekk tixtieq tagħmel din it-talba tas-Centering Prayer, hemm erba’ gwidi
sempliċi li trid isegwi. L-ewwel, agħżel kelma sagra bħala espressjoni
tal-intenzjoni tiegħek li tidħol fil-preżenza ta’ Alla ġewwa fik. It-tieni,
sib posizzjoni komoda, agħlaq għajnejk u fis-sieket introduċi l-kelma
sagra tiegħek. It-tielet, meta issib ruħek mhedi bil-ħsibijiet, ħelu ħelu
irritorna lejn il-kelma sagra tiegħek. Ir-raba’, meta jgħaddi l-ħin
tas-Centering Prayer, ibqa’ fis-skiet għal ftit minuti oħra.
Dawn il-gwidi mhumiex regoli li għandek issegwi b’mod riġidu, iżda
stediniet ħelwa li jiggwidaw il-prattika tiegħek. Is-sbuħija tinsab fis
sempliċità tagħhom – m’hemm bżonn l-ebda teknika ikkumplikata jew
xi għarfien speċjali.
Klikkja hawn biex tara l-Fuljett kollu …
Aktar