4. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 3 ta’ April 2013
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,
Il-lum qed naqbdu mill-ġdid il-Katekeżi tas-Sena tal-Fidi. Fil-Kredu ntennu din l-espressjoni: “Fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet skont il-Kotba Mqaddsa”. Din hi propju l-ġrajja li qed niċċelebraw: il-Qawmien ta’ Ġesù, ċentru tal-messaġġ Nisrani, imtenni sa mill-bidu u mgħoddi biex jasal għandna. San Pawl jikteb hekk lill-Insara ta’ Korintu: “Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skond l-Iskrittura; difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skond l-Iskrittura. U deher lil Kefa, u mbagħad lit-Tnax” (1 Kor 15:3-5). Continue reading “Fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet skont il-Kotba Mqaddsa”