Messaġġ tal-Papa Ljun XIV għall-Jum Dinji tal-Paċi, 2026

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU LJUN XIV
GĦAD-LIX JUM DINJI TAL-PAĊI

1 ta’ Jannar, 2026

Il-paċi magħkom ilkoll.
Lejn paċi diżarmata u diżarmanti

“Il-paċi miegħek!”.

Din it-tislima mill-aktar antika, li sal-lum għadha preżenti f’bosta kulturi, nhar l-Għid filgħaxija mtliet b’qawwa ġdida mlissna minn fomm Kristu Rxoxt.  “Il-paċi magħkom” (Ġw 20,19.21).  Kelma li mhix biss awgurju imma ġġib fis-seħħ bidla definittiva f’min jilqagħha u l-istess tagħmel fir-realtajiet kollha.  Din hi r-raġuni għala s-Suċċessuri tal-Appostli ta’ kuljum huma l-leħen fid-dinja kollha tal-akbar rivoluzzjoni silenzjuża: “Il-paċi magħkom!”.  Sa minn dakinhar tal-ħatra tiegħi bħala Isqof ta’ Ruma ridt ngħaqqad din it-tislima ma’ dit-tħabbira korali.  U nixtieq intenniha: din hi l-paċi ta’ Kristu Rxoxt, paċi diżarmata u paċi diżarmanti, umli u perseveranti.  Ġejja minn Alla, Alla li jħobbna lkoll bla ebda kundizzjoni (1).

Aktar