Messaġġ tal-Papa Ljun XIV għall-10 Jum Dinji tal-Ħolqien, 2025.

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU
L-PAPA LJUN XIV
GĦALL-X JUM DINJI TA’ TALB
GĦALL-GĦOŻŻA TAL-ĦOLQIEN 2025
[1 ta’ Settembru 2025]

Żerriegħa tal-Paċi u tat-Tama

Għeżież ħuti!

It-tema ta’ dan il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Għożża tal-Ħolqien, magħżula mill-maħbub tagħna l-Papa Franġisku, hi “Żerriegħa tal-Paċi u tat-Tama”. Fl-10 anniversarju mill-istituzzjoni ta’ dan il-Jum, li seħħet flimkien mal-pubblikazzjoni tal-Enċiklika Laudato si’, ninsabu fil-qalba tal-Ġublew, “pellegrini tat-Tama”. U proprju f’dan il-kuntest it-tema tikseb it-tifsira sħiħa tagħha.

Aktar