Min kien Alphonse Ratisbonne
Alphonse Ratisbonne kien bankier, Lhudi Franċiż, li ma kienx jemmen imma kellu konverżjoni drammatika għar-reliġjon Kattolika fl-1842 minn dak li hu ddeskriva bħala dehra mirakuluża tal-Verġni Marija fil-knisja ta’ San Andrea, f’Ruma. Minn bniedem xettiku fir-reliġjon sar missjunarju fost il-Lhud li ħadem biex jikkonvertu.
Huwa twieled ġo Strasbourg, Francza, f’familja sinjura. Kien iwaqqa’ għaċ-ċajt ir-reliġjon, l-aktar meta kkonverta ħuh ikbar minnu Theodor. Alphonse studja l-liġi f’Pariġi u ħadem fil-bank tagħhom b’suċċess. Fi vjaġġ fl-Orjent, waqaf Ruma.
aktar