Minn Manwel Cutajar KCHS
Il-Miraklu Ewkaristiku fi Trani, fl-Italja, madwar is-sena 1000
Mara, mhux Nisranija,għamlitha tabirruħha li kienet Nisranija,u marret titqarben fil-knisja ta’ San Indri. Wara li rċeviet l-Ewkaristija, neħħietha minn ħalqha u poġġitha f’maktur. Malli waslet id-dar riedet tara, b’disprezz ukoll lejn Alla, jekk l-Ewkaristija hijiex tabilħaqq il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. Poġġiet l-Ostja kkonsagrata f’taġen b’żejt jagħli. F’dak il-waqt l-Ostja b’mod mirakuluż saret Laħam li minnu beda ħiereġ ħafna Demm li beda jinxtered mad-dar kollha u barra mid-dar ukoll. Malli rat hekk hi beżgħet u bdiet tgħajjat,tant li xi ġirien ġrew lejn darha biex jaraw x’ġara. Minnufih,l-Arċisqof tal-post ġie infurmat bil-ġrajja u ordna li l-Ostja tittieħed lura fil-knisja minn fejn kienet ġiet misruqa. Wara, l-Ostja Mirakuża tqiegħdet f’relikwarju tal-Fidda, u għadha meqjuma sal-lum fil-Katidral iddedikat lil Marija Santissma Assunta, fi Trani. Barra minnhekk id-dar li fiha seħħ dal-Miraklu nbidlet f’kappella.
aktar