Il-Qaddis tal-Millenju: Il-Beatu Carlo Acutis

Għalkemm ġie mxandar BEATU mill-Knisja ftit ilu, imma ġie msejjaħ Il-Qaddis tal-Millenju.  U bir-raġun.

Dan iż-żgħażugħ ta’ ftit aktar minn 17-il sena ma għamel xejn speċjali ħlief għex iż-żgħożija tiegħu bil-ferħ ta’ żgħażugħ tallum, jgħum fit-teknoloġija tal-computer u l-internet u dak kollu li din iġġib magħha, użaha tajjeb, u hekk kien ta’ servizz kbir lill-umanità.  Tant li ġie mogħti mill-Knisja bħala eżempju u mudell għal kull min irid ikun nisrani tajjeb, f’kull sens, dixxiplu veru ta’ Ġesù.

AKTAR