Santa Anjeze

Kienet is-sena 303, meta bdiet persekuzzjoni qalila mill-Imperatur Ruman Dijoklezjanu kontra l-Insara. Żgħażagħ nobbli tefgħu għajnejhom fuq Anjeże, tfajla sabiħa ġejja minn familja tat-tajjeb. Meta wriethom li l-maħbub tagħha hu Ġesù Kristu, akkużawha lill-gvernatur li kienet Nisranija. Il-prosekuturi għamlu minn kollox biex itebbgħulha ġieħha. Urewha l-għodod tal-martirju biex iġegħluha taċċetta li riedu minnha. It-tweġiba soda tagħha kienet: “Tistgħu ttebbgħu ix-xabla tagħkom bid-demm tiegħi, imma qatt m’hu se jirnexxielkom tipprofanaw il-ġisem tiegħi.”

Aktar