Kitba ta’ Joe Galea

Fir-Randan ma’ San Ġorġ Preca
Għal San Ġorġ Preca, Kristu li fdiena mid-dnub kien ‘il-Ktieb il-Kbir’. Huwa jistedinna nkunu grati lejh li tant bata għalina. Jgħidilna biex noqogħdu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Msallab, ħdejn Marija Ommu, u nieħdu minnu tagħlim tal-ħajja eterna.