Huma u ġejjin mill-iskola kull filgħaxija, it-tfal kienu jmorru jilagħbu fil-ġnien tal-ġgant. Kien ġnien kbir u sabiħ, b’ħaxix aħdar, artab bellusi. ’L hawn u ’l hinn qalb il-ħaxix, kont tara fjuri sbieħ, qishom kwiekeb. Kien hemm ukoll tnax-il siġra tal-ħawħ, li fir-rebbiegħa kienu jkunu miżgħuda biż-żahar (blanzuni) roża u lewn il-perla, u fil-ħarifa kienu jipproduċu frott abbundanti. L-għasafar kienu jbejtu fuq is-siġar u jgħannu hekk sabiħ li t-tfal kienu jieqfu mil-logħob biex joqgħodu jisimgħhom. “X’hena hawn”, kienu jgħidu lil xulxin. Continue reading “Il-ġgant egoista (Storja ħelwa ta’ Ocar Wilde)”