Jiena nemmen f’Alla: Il-Ħallieq tas-sema u tal-art; il-Ħallieq tal-bnedmin

3. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Benedittu XVI. 6 Frar 2013

Għeżież ħuti,

Il-Kredu, li jibda billi lil Alla jsejjaħlu “Missier li jista’ kollox”, kif diġà immeditajna l-ġimgħa l-oħra, imbagħad iżid jgħid li Hu “ħalaq is-sema u l-art”, u hekk jerġa’ jaqbad ma’ l-istqarrija li biha tiftaħ il-Bibbja.  Fl-ewwel vers ta’ l-Iskrittura Mqaddsa, fil-fatt, naqraw: “Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art” (Ġen 1:1): hu Alla l-bidu ta’ kull ma jeżisti, u fil-ġmiel tal-ħolqien tinfetaħ quddiemna l-qawwa tiegħu li tista’ kollox ta’ Alla li jħobb. Continue reading “Jiena nemmen f’Alla: Il-Ħallieq tas-sema u tal-art; il-Ħallieq tal-bnedmin”