Il-Familja – Komunità

29. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 9 ta’ Settembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq li nixħtu l-attenzjoni tagħna fuq ir-rabta bejn il-familja u l-komunità Nisranija. Hi rabta, biex ngħidu hekk, “naturali”, għax il-Knisja hi familja spiritwali u l-familja hi Knisja żgħira (ara Lumen gentium, 9). Continue reading Il-Familja – Komunità

Il-Familja – Evanġelizzazzjoni

28. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 2 ta’ Settembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din l-aħħar parti tal-mixja tagħna ta’ katekeżi fuq il-familja, nixħtu ħarsitna fuq il-mod kif din qed tgħix ir-responsabbiltà li twassal il-fidi, tgħaddi l-fidi, kemm fi ħdanha u kemm barra minnha. Continue reading Il-Familja – Evanġelizzazzjoni

Il-Familja – Talb

27. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 26 t’Awwissu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li rriflettejna fuq kif il-familja tgħix iż-żminijiet ta’ festa u tax-xogħol, ejjew issa nħarsu lejn il-ħin tat-talb. L-iktar li jilmentaw l-Insara hu propju dwar il-ħin: “Messni nitlob aktar…; nixtieq, imma spiss ma nsibx ħin”. Din ħaġa li nisimgħuha l-ħin kollu. Id-dispjaċir hu sinċier, m’hemmx dubju, għax il-qalb tal-bniedem dejjem tfittex it-talb, anki mingħajr ma taf; u jekk ma ssibux, ma ssibx mistrieħ. Imma biex dawn jiltaqgħu, jeħtieġ inrawmu f’qalbna mħabba “tkebbes” għal Alla, imħabba affettiva. Continue reading Il-Familja – Talb

Il-Familja – Xogħol

26. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 19 t’Awwissu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li rriflettejna fuq il-valur tal-festa fil-ħajja tal-familja, il-lum nieqfu ftit fuq l-aspett kumplimentari, li hu dak tax-xogħol. It-tnejn jagħmlu parti mill-pjan ħallieq ta’ Alla, il-festa u x-xogħol. Continue reading Il-Familja – Xogħol

Il-Familja – Festa

25. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 12 t’Awwissu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum qed niftħu mixja qasira ta’ riflessjoni fuq tliet dimensjonijiet li jkopru, biex ngħidu hekk, ir-ritmu tal-ħajja tal-familja: il-festa, ix-xogħol, it-talb.

Nibdew bil-festa. Il-lum se nitkellmu fuq il-festa. U naqbdu u ngħiduha li l-festa vvintaha Alla. Ejjew niftakru fl-għeluq tar-rakkont tal-ħolqien, fil-Ktieb tal-Ġenesi li għadna kemm smajna: “Fis-seba’ jum Alla temm ix-xogħol tiegħu kollu li kien għamel, u waqaf fis-seba’ jum mix-xogħol tiegħu li kien għamel. U bierek Alla s-seba’ jum u qaddsu, għax fih waqaf mix-xogħol kollu tiegħu li kien għamel fil-ħolqien” (2:2-3). Alla nnifsu jgħallimna kemm hu importanti nsibu ħin biex nikkontemplaw u ngawdu dak li jkun sar tajjeb fil-ħin tax-xogħol. Qed nitkellem fuq ix-xogħol, naturalment, mhux biss fis-sens ta’ mestier u tal-professjoni, imma fl-iktar sens wiesa’: kull azzjoni li biha aħna l-irġiel u n-nisa nistgħu nikkollaboraw ma’ l-opra ħallieqa ta’ Alla. Continue reading Il-Familja – Festa

Il-Familja. Familji Miġruħa II

24. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 5 t’Awwissu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

B’dik il-katekeżi qed nerġgħu naqbdu r-riflessjoni tagħna fuq il-familja. Wara li l-aħħar darba tkellimt fuq il-familji miġruħa minħabba fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-miżżewġin, il-lum nixtieq li nixħtu l-attenzjoni tagħna fuq realtà oħra: kif nieħdu ħsieb ta’ dawk li, wara l-falliment irriversibbli tar-rabta taż-żwieġ tagħhom, daħlu f’rabta ġdida. Continue reading Il-Familja. Familji Miġruħa II

Il-Familja. Familja Miġruħa I

23. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 24 ta’ Ġunju 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi tkellimna dwar il-familja li ġġarran id-dgħufija tal-qagħda umana, il-faqar, il-mard, il-mewt. Il-lum sa nirriflettu fuq il-ġrieħi li jinfetħu sewwa sew fi ħdan il-konvivenza familjari. Jiġifieri, meta fil-familja nfisha nweġġgħu lil xulxin. L-ikreh ħaġa! Continue reading Il-Familja. Familja Miġruħa I