Is-sinjal tal-fidi Nisranija

2. Katekeżi dwar il-Magħmudija mill-Papa Franġisku. 18 ta’ April 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu, f’dan iż-Żmien tal-Għid, bil-katekeżi tagħna fuq il-Magħmudija. It-tifsira tal-Magħmudija toħroġ b’mod ċar miċ-ċelebrazzjoni tagħha, għalhekk ejjew nixħtu l-attenzjoni tagħna fuqha. Jekk inqisu l-ġesti u l-kelmiet tal-liturġija nistgħu nifhmu l-grazzja u l-impenn ta’ dan is-Sagrament, li dejjem fadlilna x’niskopru fih. Niftakru fih fit-traxxix bl-ilma mbierek li jista’ jsir il-Ħadd fil-bidu tal-Quddiesa, kif ukoll fit-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija fil-Velja tal-Għid.

Continue reading Is-sinjal tal-fidi Nisranija

Il-Magħmudija: Introduzzjoni

1. Katekeżi dwar il-Magħmudija mill-Papa Franġisku. 11 ta’ April 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-ħamsin jum taż-żmien liturġiku tal-Għid jixirqu biex nirriflettu fuq il-ħajja Nisranija li, min-natura tagħha, hi l-ħajja li tiġi minn Kristu nnifsu. Fil-fatt, aħna Nsara skont kemm inħallu lil Ġesù Kristu jgħix fina. Mela mnejn irridu nibdew biex inqajmu mill-ġdid fina dan l-għarfien jekk mhux mill-bidu, mis-Sagrament li kebbes fina l-ħajja Nisranija? Din hi l-Magħmudija.

Continue reading Il-Magħmudija: Introduzzjoni

Riti tal-għeluq

15. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 4 ta’ April 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u l-Għid it-tajjeb!

Illum qed taraw li hawn il-fjuri: il-fjuri jfissru ferħ, allegrija. F’ċerti postijiet l-Għid jissejjaħ ukoll “Għid imwarrad”, għax iwarrad Kristu Rxoxt: hu l-ward il-ġdid; twarrad il-ġustifikazzjoni tagħna; twarrad il-qdusija tal-Knisja.

Continue reading Riti tal-għeluq

Liturġija tal-Ewkaristija. IV. It-Tqarbin

14. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 21 ta’ Marzu 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

U llum l-ewwel jum tar-rebbiegħa: ir-rebbiegħa t-tajba! Imma x’jiġri fir-rebbiegħa? Iwarrdu x-xtieli, iwarrdu s-siġar. Ħa nistaqsikom xi ħaġa. Siġra jew xitla marida, iwarrdu tajjeb, jekk ikunu morda? Le! Siġra u xitla li ma jkunux imsoqqija mix-xita jew artifiċjalment, jistgħu jwarrdu tajjeb? Le. Siġra jew xitla li qalgħu għeruqhom jew li m’għandhomx għeruq, jistgħu jwarrdu? Le. Mingħajr għeruq tista’ twarrad? Le! U dan hu l-messaġġ: il-ħajja Nisranija trid tkun ħajja li twarrad fl-opri ta’ karità, fl-għemil it-tajjeb. Imma jekk int m’għandekx għeruq, ma tistax twarrad, u min hu l-għerq? Ġesù!

Continue reading Liturġija tal-Ewkaristija. IV. It-Tqarbin

Liturġija tal-Ewkaristija III. Il-“Missierna” u l-qsim tal-Ħobż

13. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 14 ta’ Marzu 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-Katekeżi tagħna fuq il-Quddiesa. Fl-Aħħar Ċena, wara li Ġesù qabad il-ħobż u l-kalċi bl-inbid, u radd il-ħajr lil Alla, nafu li “qasam il-ħobż”. Ma’ din l-azzjoni jikkorrispondi, fil-Liturġija Ewkaristika tal-Quddiesa, il-qsim tal-Ħobż, u qablu t-talba li l-Mulej għallimna, jiġifieri l-“Missierna”.

Continue reading Liturġija tal-Ewkaristija III. Il-“Missierna” u l-qsim tal-Ħobż

Liturġija tal-Ewkaristija: II. It-Talba Ewkaristika

12. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 7 ta’ Marzu 2018.

ħeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq il-Quddiesa u b’din il-katekeżi nieqfu ftit fuq it-Talba Ewkaristika. Meta jintemm ir-rit tal-preżentazzjoni tal-ħobż u l-inbid, tibda t-Talba Ewkaristika, li tikkwalifika ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u hi l-mument ċentrali tagħha, ordnat lejn it-Tqarbin imqaddes.

Continue reading Liturġija tal-Ewkaristija: II. It-Talba Ewkaristika

11. Il-Liturġija tal-Ewkaristija: I. Il-preżentazzjoni tad-doni

11. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 28 ta’ Frar 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq il-Quddiesa. Wara l-Liturġija tal-Kelma – li dwarha tkellimt fl-aħħar katekeżi – tiġi l-parti l-oħra kostituttiva tal-Quddiesa, li hi l-Liturġija tal-Ewkaristija. Fiha, permezz tas-sinjali mqaddsa, il-Knisja kontinwament tagħmel preżenti s-Sagrifiċċju tal-patt il-ġdid issiġillat minn Ġesù fuq l-altar tas-Salib (ara Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni Sacrosanctum concilium, 47).

Continue reading 11. Il-Liturġija tal-Ewkaristija: I. Il-preżentazzjoni tad-doni