Il-Familja. Il-konvivjalità (li ngħixu flimkien fil-ferħ)

35. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Novembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum se nirrifletti fuq kwalità karatteristika tal-ħajja fil-familja li wieħed jitgħallem sa mill-ewwel snin tal-ħajja: il-konvivjalità, jiġifieri meta naqsmu flimkien il-ġid tal-ħajja u nifirħu li nistgħu nagħmlu dan. Li naqsmu u nagħrfu naqsmu hi virtù prezzjuża! Is-simbolu tagħha, l-“ikona” tagħha, hi l-familja miġbura mal-mejda tad-dar. Il-qsim ta’ l-ikla – u għalhekk, barra ta’ l-ikel, anki tar-rispett, tar-rakkonti, tal-ġrajjiet… – hu esperjenza fundamentali. Meta hemm festa, għeluq snin xi ħadd, anniversarju, insibu ruħna madwar il-mejda. F’xi kulturi hi drawwa li dan isir ukoll b’sens ta’ viżtu, biex wieħed ikun qrib ta’ min hu mnikket għat-telfa ta’ xi qarib. Continue reading “Il-Familja. Il-konvivjalità (li ngħixu flimkien fil-ferħ)”