“Għaxar Kelmiet” biex ngħixu l-Patt

2. Katekeżi dwar il-Kmandamenti mill-Papa Franġisku. 20 ta’ Ġunju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Din l-udjenza qed issir f’żewġ postijiet: aħna, hawn, fil-pjazza, u fl-Awla Pawlu VI hemm ’il fuq minn mitejn marid li qed isegwu l-udjenza minn fuq l-iskrin. Ilkoll flimkien insawru komunità waħda. Ejjew insellmu b’ċapċipa lil dawk li qegħdin fl-Awla.

Continue reading “Għaxar Kelmiet” biex ngħixu l-Patt

Introduzzjoni: Ix-xewqa għal ħajja sħiħa

1. Katekeżi dwar il-Kmandamenti mill-Papa Franġisku. 13 ta’ Ġunju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum hi l-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Min minnkom jismu Anton? Ċapċipa lill-“Antonijiet” kollha. Illum qed nibdew mixja ġdida ta’ katekeżi fuq it-tema tal-Kmandamenti. Il-kmandamenti tal-Liġi ta’ Alla. Biex nintroduċuha, ħa nieħdu spunt mis-silta li għadna kemm smajna: il-laqgħa bejn Ġesù u raġel – żagħżugħ – li jinxteħet għarkupptejh quddiemu jistaqsih kif jista’ jikseb il-ħajja ta’ dejjem (ara Mk 10:17-21). U f’dik il-mistoqsija hemm l-isfida ta’ kull ħajja, anki tagħna: ix-xewqa għal ħajja sħiħa, bla tmiem.

Continue reading Introduzzjoni: Ix-xewqa għal ħajja sħiħa

Biex il-Knisja tikber

3. Katekeżi dwar il-Konfirmazzjoni mill-Papa Franġisku. 6 ta’ Ġunju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bir-riflessjoni tagħna fuq is-sagrament tal-Konfirmazzjoni, u llum nagħtu ħarsa lejn l-effetti li d-don tal-Ispirtu s-Santu jwettaq f’dawk li jirċevuh, sa ma jwassalhom biex isiru, huma wkoll, don għall-oħrajn. Hu don tal-Ispirtu s-Santu. Niftakru li meta l-Isqof jagħtina d-dilka biż-żejt, jgħidilna: “Ħu s-siġill tad-don tal-Ispirtu s-Santu”. Dak id-don tal-Ispirtu s-Santu jidħol fina u jagħmel il-frott, biex imbagħad aħna nistgħu nagħtuh lill-oħrajn.

Continue reading Biex il-Knisja tikber

Is-siġill tal-Ispirtu

2. Katekeżi dwar il-Konfirmazzjoni mill-Papa Franġisku. 30 ta’ Mejju 2018.

Għeżież ħuti,

Inkompli nitkellem fuq il-Konfirmazzjoni jew Griżma, u llum nixtieq nixħet dawl fuq “l-għaqda sħiħa ta’ dan is-Sagrament mal-bidu tal-ħajja Nisranija” (Sacrosanctum Concilium, 71). Continue reading Is-siġill tal-Ispirtu

Ix-Xhieda Nisranija

1. Katekeżi dwar il-Konfirmazzjoni mill-Papa Franġisku. 23 ta’ Mejju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara l-katekeżi fuq il-Magħmudija, dawn il-jiem ta’ wara s-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin jistednuna nirriflettu fuq ix-xhieda li l-Ispirtu jqanqal fl-imgħammdin, u hekk iċaqlaq lil ħajjithom, jiftaħha għall-ġid tal-oħrajn. Lid-dixxipli tiegħu Ġesù fdalhom missjoni kbira: “Intom il-melħ tal-art, intom id-dawl tad-dinja” (ara Mt 5:13-16).

Continue reading Ix-Xhieda Nisranija

Imlibbsa mill-ġdid bi Kristu

6. Katekeżi dwar il-Magħmudija mill-Papa Franġisku. 16 ta’ Mejju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum qed nagħlqu ċ-ċiklu ta’ katekeżi fuq il-Magħmudija. L-effetti spiritwali ta’ dan is-sagrament, li l-għajnejn ma jarawx imma jaħdmu fil-qalb ta’ min sar ħlejqa ġdida, joħorġu b’mod ċar fl-għoti tal-libsa bajda u tax-xemgħa mixgħula.

Continue reading Imlibbsa mill-ġdid bi Kristu

It-tnissil mill-ġdid

5. Katekeżi dwar il-Magħmudija mill-Papa Franġisku. 9 ta’ Mejju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-katekeżi fuq is-sagrament tal-Magħmudija llum twassalna biex nitkellmu fuq il-ħasil imqaddes imsieħeb mill-invokazzjoni lit-Trinità Qaddisa, jew aħjar, ir-rit ċentrali li proprjament “jgħammed” – jiġifieri jgħaddas – fil-Misteru tal-Għid ta’ Kristu (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 1239).

Continue reading It-tnissil mill-ġdid