Il-Papa jitlob għad-difiża tal-Familja


Matul dan ix-xahar ta’ Mejju, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob prinċipalment għad-difiża tal-familji. L-Appostolatura tat-talb tal-Papa qalet li l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika għal Mejju hija “biex ikunu promossi inizjattivi li jiddefendu u jsostnu l-irwol tal-familja fi ħdan is-soċjeta”. L-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa tul Mejju hi biex “Marija, Sultana tad-dinja u Kewkba tal-Evanġelizzazzjoni, takkumpanja lill-missjunarji kollha fil-proklamazzjoni ta’ binha Ġesu”.

Din l-informazzjoni nġabret mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.

One thought on “Il-Papa jitlob għad-difiża tal-Familja”

  1. Mhux li ħadna ħsiebha l-familja! Iżda xi rgħajja ħawwdu l-poplu u mxew kontra l-Isqfijiet tagħna.

Comments are closed.