Trabi mhux imwielda maħruqa biex isaħħnu sptarijiet

Print Friendly, PDF & Email

abortionParlamentari Laburista Ingliż tkellem dwar l-istmerrija tiegħu wara li ħarġu rapport li l-iġsma ta’ eluf ta’ trabi mhux imwielda kienu qegħdin jinħarqu, f’ċerti każi biex isaħħnu sptarijiet. Jim Dobbin, membru parlamentari għal Heywood u Middleton u chairman tal-All Party Parliamentary Group qal: “Il-kliem ma jistax ifisser l-istmerrija li ħassejt meta smajt dwar dan.

Dan in-nuqqas ta’ rispett lejn dawn it-trabi mhux imwielda huwa l-frott ta’ 50 sena ta’ abort legali fl-Ingilterra, u huwa għalxejn li persuni pro-choice jipprovaw jaħslu idejhom dwar it-trattament ta’ trabi mhux imwielda bħala skart kliniku, meta minħabba fit-trattament inuman tagħhom ta’ ħajja mhux imwielda li wasalna f’dan il-punt. “Jeħtieġ li jerġa’ jsir ri-eżami ta’ kif il-fdal ta’ trabi abortiti jew f’każi ta’ korriment huma ttrattati fil-faċilitajiet mediċi, jew wegħda mill-awtoritajiet li jagħmlu tibdil reali.”

Wara x-xandir ta’ dokumentarju fuq Channel 4, għaxar fondazzjonijiet tan-National Health Service ammettew li ħarqu l-fdalijiet ta’ trabi mhux imwielda flimkien ma’ skart ieħor, u żewġ fondazzjonijiet oħra ammettew li żiedu l-iġsma ta’ trabi mhux imwielda, li ntiflu minħabba abort jew korriment f’impjanti tal-enerġija mill-iskart li jiġġeneraw s-sħana.

Wara li ħarġet din l-aħbar, id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Ingilterra ħareġ projbizzjoni sħiħa fuq din il-prattika u l-ministru tas-saħħa, Dan Poulter qal li dan l-affarijiet huma totalment mhux aċċettabbli. Skont id-dokumentarju ta’ Channel 4, mill-inqas 15,000 fetu spiċċaw fl-inċineraturi ta’ 27 fondazzjoni tal-National Health Service f’dawn l-aħħar sentejn. Fl-Isptar ta’ Addenbrooke f’Cambridge, il-fdalijiet ta’ 797 fetu li kienu abortiti spiċċaw bħala skart għall-impjant tal-enerġija. Iżda lill-ommijiet qalulhom li t-tfal tagħhom kienu kkremati.

stericycle-stacks1Stqarrijia mill-Cambridge University Hospitals NHS Foundation Trust ta’ Addenbrook saħqet li fdalijiet tal-fetu ma kinux maħruqa mal-iskart mediku. Qalet li: “it-tessuti tal-fetu qatt ma jinħarqu mal-iskart mediku, jew xi skart ieħor. Kaxxi individwali jinġarru mill-kappillan tal-isptar u l-proċess għandu x-xhieda ta’ żewġ membri tal-istaff tal-isptar li huma speċjalisti fil-kura ta’ wara l-mewt. Il-pazjenti huma ttrattati b’rispett u sensittività matul dan iż-żmien diffiċli.

“L-arranġamenti tal-Cambridge University Hospital jimxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tar-Royal College of Nursing, il-Human Tissue Authority, SANDS (stillbirth and noenatal death charity) u r-Royal College of Obstetricians and Gynaecologisti.

Il-Professur Sir Mike Richards, kap spettur tal-isptarijiet qal: “Ninsab diżappuntat li fondazzjonijiet jistgħu ma għaddew l-ebda tagħrif jew ikkonsultaw man-nisa u l-familji tagħhom. “Il-ksur tar-regoli fuq ir-rispett u l-involviment tal-persuni li jużaw is-servizzi u lest għal kull tagħrif mgħoddi lilna. Aħna niflu kull tagħrif mogħti lilna dwar it-tħassib tagħkom u nistgħu nagħmlu spezzjonijiet għall-għarrieda, jekk ikun meħtieġ.” “Jekk xi pazjent u familja għandhom xi tħassib, mill-ewwel għandhom jikkuntattjaw it-taqsima tal-Patient Advice and Liasion,” spiċċa Sir Richards.

 

Ħajr lill-Karma tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

18 thoughts on “Trabi mhux imwielda maħruqa biex isaħħnu sptarijiet”

  1. Dan l-ahhar qrajt li ‘Abortion does not make un-pregnant but it makes the parent of dead child.’

  2. Għalina li ngħixu fil-parti hekk imsejħa ‘żviluppata’ qed jgħid:

    IL-KULTURA TAL-ĠID U L-GĦANA SARET LOPPJU LI JRAQQADNA U NIĠĠENNU JEKK IS-SUQ JOFFRI XI ĦAĠA ĠDIDA LI GĦADNA MA XTRAJNIEX.

    Dak li llum qed isejħulu HYPERCONSUMERISM.

  3. Qrajt b’interess l’artiklu li bghatt. Personalment nahseb li dawn l-affarjiet huma inaccetabbli u tohrog il-mibeghda tax-xitan lejn il-bnedmin, pero hija r-responsabilta ta’ kull individwu li jaghzel jaghmilx ir-rieda t’Alla jew tax-xitan. Sfortunatament hawn min qed jaqa fin-nassa tax-xitan bit-tlexxix fieragh tieghu ghalhekk tajjeb li dejjem niggranfaw ma’ Kristu biex nibqghu sodi fil-mixja taghna, Fuq kollox hu fl-interess taghna li nsalvaw ruhhna. Xieraq li nitolbu ghal dawk li huma vulnerabbli flok niggudikawhom u nikkundanawhom, ghax mis-sema l-isfel kulhadd huwa midneb- Hadd mìghandu biex jitkaza b’hadd.

  4. Il-bniedem warrab kull sens ta mhabba lejn il-hajja u x`inhu tajjeb u hazin.Irridu nghixu izjed il Vangelu u nkunu nsara veri

  5. Qrajt b’interess l’artiklu li bghatt. Personalment nahseb li dawn l-affarjiet huma inaccetabbli u tohrog il-mibeghda tax-xitan lejn il-bnedmin, pero hija r-responsabilta’ ta’ kull individwu li jaghzel jaghmilx ir-rieda t’Alla jew tax-xitan. Sfortunatament hawn min qed jaqa fin-nassa tax-xitan bit-tlexxix fieragh tieghu ghalhekk tajjeb li dejjem niggranfaw ma’ Kristu biex nibqghu sodi fil-mixja taghna, Fuq kollox hu fl-interess taghna li nsalvaw ruhhna. Xieraq li nitolbu ghal dawk li huma vulnerabbli flok niggudikawhom u nikkundanawhom, ghax mis-sema l-isfel kulhadd huwa midneb- Hadd m’ghandu biex jitkaza b’hadd.

  6. Fejn m’hemmx Alla kollox u allura m’hemmx kuxjenza iffurmata tajba allura kollox jghaddi.

  7. Ma ninsewx ‘xqalilna S.Pawl, fost il-ħafna diskorsi ta’ għerf, hekk qal: “Il-Passjoni ta’ Kristu għadha għaddejha.” U din għadha tgħodd għalina wkoll, għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum.
    Kull kelma, kull parir, kull twiddiba li nsibu fil-Kotba Mqaddsa huma applikabbli għal kull żmien. Għad jasal il-jum li fiħ se tinstema’ dik il-mistoqsija li għamel Alla, skont il-Ġenesi, lil Kajin: “Fejn huwa ħuk?”, bid-differenza li l-aħħar kelma se tkun ‘ibnek / bintek’. F’min se twaħħal dik il-miskina? Forsi fil-leġiżlaturi li l-abort għamluh dritt sagrosant bil-Liġi? Forsi f’dak li taqqalha biex issudisfa ruħu? Forsi f’dawk li għenuha biex toqtol dak li kellha fil-ġuf? Twaħħal f’min twaħħal, DAK il-mument hi BISS se tkun quddiem l-Imħallef ġust u hi BISS trid tagħti kont ta’ għemilha.

    Ma ninsa qatt ġrajja li seħħet ġewwa l-Filippini dwar dik l-omm li weldet (ma abortietx) u ħalliet it-tarbija wara bieb tas-sorijiet. It-tarbija kibret, saret tifel, żagħżugħ sabiħ u wkoll inteliġenti, bl-imħabba tas-sorijiet studja u ggradwa tabib. Iżda, kien dejjem għatxan li jsib lil ommu naturali. Alla dejjem jippremja x-xewqat tajba u qaddisa tagħna. Alla ppermetta, wara snin ta’ tfittxija li dan it-tabib żagħżugħ isib waħda xwejħa marida kwazi mejta, abbandunata taħt biċċa ‘shack’, biċċa għarix . Donnu ħass, għax id-demm jiġbed, ħass li kien hemm xi relazzjoni bejnu u bejn dik ix-xwejjħa. (it-testijiet li saru ‘l quddiem tawh raġun), u ħadha miegħu. Ħa ħsiebha, kkuraha u ħadhet saħħitha. Il-kumplament tal-ġrajja kulħadd jista’ jimmaġinah.

    IŻDA t-tagħlim hija mportanti ħafna. Allura t-tarbija li kienet abbandunatha wara ftit minuti li twieldet, Alla ppermettha li tgħix ħajjitha, waqt li ommha, wara dak l-att kriminali, l-att inuman li wettqet … forsi pattiet bil-miżerja ta’ ħajja li għexet. Iżda l-Ġudizzju f’idejn Alla. Kien Alla , żgur, li ppermetta li t-tifel ipatti l-ħsara, id-deni li sarlu, bil-ġid, b’att ta’ mħabba pura.

    Hija ħasra li ftit kienu l-gazzetti li xandru din l-aħbar. Kemm Hu kbir Alla !

  8. Aktar wahx … u l-2017 wara l-kantuniera. Kemm qalet sew il-Madonna ta’ Fatima!

  9. Dawn huma l-veri stejjer tal-wahx ta’ zmienna mhux dawk li jirrakonta Grasso. U x’hemm mohbi aktar ma nafux. Din hija biss “the tip of the iceberg”

  10. Tassew tal-misthija kif wara li tohrog storja bhal din, il-konkluzjoni tkun li jehtieg isir ezami biex jaraw kif “il-fdal ta’ trabi abortiti ikun trattat”.

    a. Mhux li nwaqqfu l-massakru tal-innocenti bl-abortijiet li qed isiru, imma naraw kif nittrattaw il-fdal.

    b. Ghalihom mhu xejn aktar minn fdal.

    c. Imma meta se nifthu ghajnejna? Il-qari tal-vangelu dalghodu kien dwar il-fejqan tal-ghama. U ahna meta ha nhalluh ifejjaqna minn dan l-ghama terribli li hemm fuqna?

  11. Skont dan ir-rapport, il-Ministru tas-Sahha Ingliz qal li dawn l-affarijiet mhumiex accettabbli. Tajjeb! Imma fl-istess waqt, l-abortijiet jibqghu ghaddejjin. Li tahraq gisem ta’ tarbija mejta, mhux accettabbli. Imma li toqtol tarbija f’guf ommha, dak kollox sew. Dak accettabbli. Din hi l-ipokrezija tas-socjeta’ moderna.

  12. Din hi l-passjoni li għadu għaddej minnha Ġesu`. Hu qalilna ” Jien nibqa’ magħkom sal-aħħar taż-żmien” imma naħseb ried jgħid ukoll, ”Se tibqgħu tħalluni nbati sal-aħħar taż-żmien”.

  13. This report shows that man wants to become God, but has ended up becoming a monster. How can we try to play God, when we cannot even act as human beings?

  14. Fit-tieni paragrafu tal-kitba tieghek, inti tkellimt dwar “nuqqas ta’ rispett”. Jiddispjecini, dan mhux nuqqas ta’ rispett, dan huwa nuqqas ta’ umanita’.

  15. It-taraġ titelgħu, tarġa tarġa. Ħadt ma jasal fit-tarġa ta’ fuq f’salt wieħed. Forsi llum aħna nitkażaw b’dawn l-affarijiet, imma tarġa tarġa aħna wkoll qegħdin noqorbu, u m’aħniex il- bogħod daqskemm nimmaġinaw.

  16. U llum għadna nitkażaw b’dak li għamel Hitlet fil-kampijiet ta’ konċentrament? Tassew aħna faċċoli! U dan kollu ġara f’pajjiż suppost ċivilizzat !!!!

  17. It-tort mhux biss ta’ dawk li jagħmlu dawn l-atti ta’ waħx. It-tort tagħna wkoll u tort tal-indifferenza tagħna. Kull wieħed u kull waħda minna rridu ngħidu, “Mea culpa”.

    “Inħolqot globalizzazzjoni tal-indifferenza li qed twieżen dan l-istil ta’ ħajja li jeskludi lill-oħrajn, jew li jħeġġeġ iżjed għal dan l-ideal egoistiku. Kważi bla ma nintebħu, nitilfu l-ħila li tiġina ħniena quddiem il-karba tal-uġigħ tal-oħrajn, ma nibqgħux nibku iżjed quddiem it-tbatija tal-oħrajn, u lanqas jinteressana nieħdu ħsiebhom, qisu kollox kien responsabbiltà li ma tmissx lilna u għalina hi barranija. Il-kultura tal-ġid u l-għana ssir loppju li jraqqadna u niġġennu jekk is-suq joffri xi ħaġa ġdida li għadna ma xtrajniex, waqt li dawn il-ħajjiet maħnuqa minn kull possibbiltà għalina saru sempliċi spettaklu li bl-ebda mod m’għadu jmissilna qalbna.”

    (Mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Evangelli Gaudium, par. 54.)

  18. Jekk lit-tarbija ma turihiex rispett u mhabba matul il-hajja, tant li tasal li toqtolha f’guf ommha, ghaliex nohduha bi kbira li lanqas rispett wara mewtha ma nuruha?

Leave a Reply

%d bloggers like this: