Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Ir-rabta mal-ġid hi l-bidu ta’ kull korruzzjoni

Ir-rabta mal-ġid hi l-bidu ta’ kull korruzzjoni


It-Tnejn, 25 ta’ Mejju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-ġemel u l-għajn tal-labra, jew aħjar, kif l-entużjażmu għal Kristu jista’ jinbidel f’ħakka t’għajn fi dwejjaq u għeluq fina nfusna.  Din ix-xena hija fost l-aktar magħrufin fil-Vanġelu, u l-Papa Franġisku għamel riflessjoni dwarha dalgħodu, fl-omelija fid-Dar Santa Marta.

 

Iż-żagħżugħ għani jiltaqa’ ma’ Ġesù, jitolbu biex imur warajH, jaċċertaH li jimxi fuq il-kmandamenti, imma mbagħad jibdel il-burdata meta l-Imgħallem jgħidlu liema hu l-aħħar pass li kien jeħtieġlu jagħmel, l-unika ħaġa li kien jonqsu: ibigħ kull ma kellu, jagħti kollox lill-foqra u mbagħad jimxi warajH.  F’daqqa waħda l-ferħ u t-tama għebu minn dak iż-żagħżugħ għani għax hu ma riedx jinfatam mill-għana li kellu.

Il-Papa afferma li r-rabta mal-ġid hi l-bidu ta’ kull korruzzjoni kullimkien: korruzzjoni personali, korruzzjoni fin-negozju, anke fin-negozju ż-żgħir bħal dawk li jisirqulek ħamsin gramma mill-użin, korruzzjoni politika, korruzzjoni fl-edukazzjoni.  Għaliex?  Għax dawk li jgħixu mwaħħla mal-poter personali, mal-ġid li għandhom, jaħsbu li qed jgħixu fis-sema.  Huma magħluqin u mingħajr xefaq quddiemhom, m’għandhomx tama.  Fl-aħħar ikollhom iħallu kollox.

Hemm misteru fil-ġid materjali li wieħed ikollu, osserva Franġisku.  L-għana għandha s-setgħa li tisseduċi, li twassal għal seduzzjoni u ġġegħelna nemmnu li qed ngħixu fil-ġenna hawn fl-art.  Iżda, afferma l-Papa, dik il-ġenna hija post mingħajr ‘xefaq’, qisu dak il-kwartier li Franġisku jiftakar li ra fis-snin sebgħin, fejn kienu joqogħdu għadd ta’ nies benestanti li kellhom jgħassu l-madwar biex jitħarsu mill-ħallelin!

Dik hi ħajja mingħajr xefaq quddiemha, ħajja sterili, li tgħix mingħajr tama.  Hija ħajja ta’ dwejjaq.  Ir-rabta mal-għana tnissel fina d-dwejjaq u tagħmilna sterili.  Qed ngħid, iċċara l-Papa, għar-rabta, għall-kilba, u mhux għal meta l-ġid ikun amministrat tajjeb għall-ġid komuni, għal kulħadd.

Jekk il-Mulej lil xi ħadd jipprovdilu, itihulu biex ikun ta’ ġid għal kulħadd mhux biex tingħalaqlu qalbu, għax jekk jagħmel hekk isir korrott u mdejjaq.

Il-ġid mingħajr il-ġenerożità, insista jgħid il-Papa Franġisku, iġegħelna nibdew nemmnu li aħna b’saħħitna u qawwijin bħal Alla.  U fl-aħħar nitilfu dak li hu l-aħjar: it-tama.  Imma Ġesù, fil-Vanġelu jurina liema hi l-għażla t-tajba biex ngħixu fil-ġid u l-abbundanza: ‘Imberkin il-foqra fl-ispirtu’, jiġifieri li ninfatmu minn dan l-attakkament biex il-ġid li jipprovdilna l-Mulej nużawh għall-ġid komuni.

Din hi l-unika manjiera, li niftħu jdejna, niftħu qalbna, niftħu x-xefaq.  Imma jekk int idejk magħluqa, qalbek magħluqa bħal dak ir-raġel li kien jagħmel l-ikliet u jilbes lussuż, int m’għandek ebda xefaq lejn xiex tħares, ma tarax dak li għandu bżonn ħaddieħor u tispiċċa bħal dak ir-raġel: bogħod minn Alla, temm jgħid il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

 Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: