Oażi ta’ sliem ir-ruħ

Print Friendly, PDF & Email

Patri Mario Attard OFM Cap

F’ambjent mimli tbatija, li xi drabi tgħajjik, biex ma ngħidlekx tifilġek, u li kważi taqtagħlek nifsek, tkun trid post fejn ikennek, isserħek u jagħtik tama.

Hekk hi l-Kappella ta’ Mater Dei li, taħt it-tmexija ta’ Patri Franco Fenech OFM Cap, kompliet mhux biss tissebbaħ imma wkoll tkun post ta’ paċi u kuraġġ. L-armar sabiħ u oriġinali għal dawn iż-żminijiet għeżież ta’ tħejjija għas-Solennità tal-Għid, flimkien ma’ dik il-mużika ħelwa u li ddaħħlek fl-ispirtu meħtieġ tat-talb, jwieġbu għall-karba li toħroġ minn kull min jidħol f’din il-Kappella biex jitlob. “Alla, Alla tiegħi int; lilek ħerqan infittex. Ruħi bil-għatx għalik, għalik imxennaq jiena, bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma” (S 63:2).

Din il-Kappella tassew tilqgħek. Tant li, bħas-salmista, meta tidħol fiha, tagħmel l-istess deċiżjoni tiegħu! “Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek” (S 63:3).

Is-setgħa u l-glorja tal-Mulej huma ta’ qawwa kbira fi żmien il-mard. Ejja esperjenzahom fil-Kappella ta’ Mater Dei, quddiem Ġesù Ewkaristija, fl-oażi ta’ sliem ir-ruħ!

Leave a Reply

%d bloggers like this: