Home > Ġenerali > Logo tal-Jum Dinji taż-Zgħażagħ 2019

Logo tal-Jum Dinji taż-Zgħażagħ 2019


Mit-Tlieta 22 sal-Ħadd 27 ta’ Jannar 2019 se jkun iċċelebrat il-Jum Dinji taż-Zgħażagħ Fil-Panama. Il-logo magħżul hu tpinġija ta’ Ambar Calvo, studenta universitarja ta’ 20 sena mill-Panama.

JDZ_2019_logo

Il-logo, li għandu forma ta’ qalb u tal-ittra “M” (għal Marija), hu maqsum f’ħames biċċiet: jidher il-kanal tal-Panama li jirrappreżenta t-triq tal-pellegrin fil-mixja tiegħu lejn Ġesù, silhouette tal-post fejn se jilqa’ l-pellegrini, is-salib tal-pellegrini, silhouette tal-Madonna u ħames ċrieki bojod li jirrappreżentaw il-kontinenti tad-dinja u fl-istess ħin anke l-kuruna fuq ras il-Madonna.

Il-kuluri użati għal-logo huma l-kuluri li hemm fuq il-bandiera tal-pajjiż: il-blu, l-aħmar u l-abjad. L-aħmar jirrappreżenta l-konservazzjoniżmu, il-blu l-liberaliżmu u l-abjad jirrappreżenta l-paċi u l-onestà tal-Panamani.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li se jsir bejn it-22 u s-27 ta’ Jannar 2019, se tkun attività unika għan-nies tal-pajjiż hekk kif mit-3 miljun Panamani, 80% minnhom huma Kattoliċi.

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: