Home > Ġenerali > The Third Way: Homosexuality and the Catholic Church

The Third Way: Homosexuality and the Catholic Church


OMOSESSWALITÀ

L-esperjenza ta’ xi persuni li sabu t-tweġiba għall-omosesswalità tagħhom fit-tagħlim tal-Knisja Kattolika u t-tama ġdida li skoprew f’Alla … Ara l-filmat …

 

Napprezzaw il-kummenti tiegħek, huma x’inhuma, basta jkunu mwassala b’rispett lejn l-oħrajn.

Categories: Ġenerali
  1. July 15, 2017 at 10:19 am

    Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar Kastità u Omosesswalità

    Paragrafu 2357 L-omosesswalità hi r-relazzjoni ta’ rġiel jew nisa li jħossu ġibda sesswali, esklusiva jew predominanti għall-persuni tal-istess sess tagħhom. Kellha ħafna suriet tul iż-żminijiet u fil-kulturi. L-oriġini psikika tagħha għadu mhux magħruf biżżejjed. Fuq il-bażi ta’ l-Iskrittura, li turi l-omosesswalità bħala għemil mill-aktar ħażin (ara Ġen 19,1-29; Rum 1,24-27; 1 Kor 6,10; 1 Tim 1,10), it-Tradizzjoni dejjem għallmet li “kull għemil omosesswali hu fih innifsu diżordinat”.[1537] Hu għemil kontra l-liġi naturali. Jagħlaq l-att sesswali għall-għoti tal-ħajja. Ma jiġix minn komplementarjetà affettiva u minn sesswalità vera. Ma jistax jiġi approvat għall-ebda raġuni.

    Paragrafu 2358 Numru mhux żgħir ta’ rġiel u nisa juru tendenzi omosesswali fil-fond. . Din l-inklinazzjoni li fiha nfisha hi diżordni; għal ħafna minnhom hi prova kbira. Għandna nilqgħuhom b’rispett, mogħdrija u attenzjoni kbira. Ma għandux ikun hemm għalihom ebda sinjal ta’ diskriminazzjoni mhux ġusta. Dawn il-persuni huma msejħin biex jagħmlu r-rieda ta’ Alla f’ħajjithom u, jekk huma nsara għandhom jgħaqqdu mas-salib ta’ Kristu d-diffikultajiet li magħhom jistgħu jiltaqgħu minħabba l-qagħda tagħhom.

    Paragrafu 2359 Il-persuni omosesswali huma msejħin biex iħarsu l-kastità. Permezz tal-virtujiet tal-kontroll tagħhom infushom, li jħarrġuhom fl-użu tal-libertà interjuri tagħhom, xi kultant ukoll bl-għajnuna ta’ ħbiberija bla interessi, bit-talb u l-grazzja tas-sagramenti, jistgħu u għandhom jersqu bil-mod il-mod u b’fehma sħiħa, għall-perfezzjoni nisranija.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: