Home > Aħbarijiet > Isqof Kattoliku lest li jmur il-habs basta ma jiksirx is-sigriet tal-qrar

Isqof Kattoliku lest li jmur il-habs basta ma jiksirx is-sigriet tal-qrar


Il-Ġimgħa, 18 ta’ Awwissu 2017: Isqof Kattoliku qal li lest li jmur il-ħabs basta ma jiksirx is-sigriet tal-qrar anke f’każijiet ta’ abbuż fuq it-tfal jew adulti vulnerabbli li jkunu żvelati waqt il-qrar. Denis Hart, Isqof ta’ Melbourne, l-Awstralja qal li huwa mhux lest jikser is-sigriet tal-qrar anke jekk ligi tal-pajjiż timponi dan. Fakkar li s-sagrament tal-qrar huwa laqgħa intima u personali ma’ Alla permezz tal-qassis u hija fuq livell ogħla minn kull liġi kriminali.

Dawn il-kummenti tal-Isqof Hart, saru wara li l-Kummisjoni mwaqqfa mill-Awtoritajiet ċivili fl-Awstralja biex tinvestiga każijiet ta’ abbuż fuq tfal qalet li ma jkun hemm l-ebda skuża, lanqas protezzjoni jew privileġġ biex il-kleru ma jirrapurtax abbużi ghand il-pulizija anke jekk l-każ ikun żvelat waqt il-qrar.

Il-Kummissjoni rrakomandat li qassisin għandhom ikunu mħarrka u jittellgħu l-qorti talli jonqsu milli jgħaddu informazzjoni dwar abbuż li nstema’ waqt il-qrar.

B’reazzjoni, l-Isqof Hart, President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattolici Awstraljani, sejjaħ biex is-sigriet tal-qrar jibqa’ mħares mil-liġi. Fakkar li l-qrar fil-Knisja Kattolika huwa esperjenza spiritwali ma’ Alla li jsir permezz tal-qassis. Qal li l-qrar jagħmel parti mil-libertà ta’ espressjoni li tħaddan twemmin jew reliġjon. Dan il-fatt hu aċċettat u magħruf kemm mil-ligi Awstraljana kif ukoll minn pajjiżi oħra.

L-Isqof Hart sostna li l-Awstralja għandha tibqa’ tħaddan u tgħożż din il-libertà. Imma enfasizza li kull reat jew abbuż kontra t-tfal jew adulti vulnerabbli li jigi żvelat barra mill-qrar, għandu jigi rrappurtat għand l-awtoritajiet kompetenti. Huwa reġa’ enfasizza li l-Knisja hija impenjata b’mod assolut u b’rieda soda li tagħmel dan.

Fakkar li jekk xi ħadd waqt il-qrar jistqarr li jew kien abbużat jew jaf b’xi hadd li kien maltrattat, dan għandu jiġi mħeġġeġ biex ikellem lil xi ħadd barra mill-qrar dwar il-każ. B’hkk ma jkunx inkiser is-sigriet tal-qrar u l-persuna tkun tista’ tiġi megħjuna biex tirrapporta u ssir investigazzjoni fuq l-allegat abbuż.

Tajjeb infakkru li l-Knisja f’Malta għandha grupp ta’ professjonisti fi ħdan Kummissjoni apposta biex tinvestiga każijiet u tħares kemm it-tfal kif ukoll Adulti Vulnerabbli. Biex wieħed jirrapporta każ ta’ suspett abbuż jista’ jew iċempel fuq il-helpline fuq 2590 6421 jew jibghat e-mail fuq safeguarding@maltadiocese.org inkella jidħol fuq il-website tad-djocesi bl-isem ta’ Il-Knisja f’Malta.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: