Il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru 2017: Is-sit internazzjonali tal-Worldpriest.com għadu kif tella’ paġna ta’ tagħrif dwar is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu ġewwa Għawdex. Il-kitba li hija akkumpanjata minn ritratt sabiħ ħafna tas-Santwarju minn barra, ma tagħtix biss tagħrif dwar l-oriġni u l-istorja ta’ dan il-Maqdes Marjan, imma titkellem ukoll dwar il-Museum li hemm miegħu kif ukoll dwar Dar Karmni Grima.It-tagħrif mogħti minn dan is-sit internazzjonali huwa wieħed aġġornat għaliex isemmi wkoll il-możajċi bl-20 misteru tar-Rużarju li kienu inawgurati fuq iz-zuntier fis-17 ta’ Ġunju ta’ din is-sena stess.
Ftit ġimgħat ilu, is-Santwarju Ta’ Pinu, flimkien mas-Santwarju tal-Mellieħa kienu ingħaqdu mal-Worldpriest.com f’Katina ta’ Rużarju madwar id-din kollha. Din l-inizjattiva kienet saret fuq inizjattiva tas-sit Laikos.org flimkien mal-Wordpriest.com u bil-kollaborazzjoni tar-Retturi taż-żewġ Santwarji.
Ara dan it-tagħrif publikat dwar Ta’ Pinu … https://www.worldpriest.com/shrine-blessed-virgin-mary-ta-pinu-gozo-malta/