Il-Ħamis, 21 ta’ Settembru 2017: Il-korruzzjoni, filwaqt li tiddisprezza l-interessi ġenerali, hi art għammiela li fuqha jrabbu l-għeruq u jiżviluppaw il-mafji. Il-korruzzjoni ssib dejjem il-mod kif tiġġustifika lilha nfisha, għax tippreżenta ruħha bħala kundizzjoni “normali”, soluzzjoni għal min moħħu jilħaqlu, it-triq li minnha bniedem jgħaddi biex jilħaq l-għanijiet tiegħu. Min-natura tagħha tittieħed u hi parassita, għax ma tgħixx bit-tajjeb li tipproduċi imma b’dak li jirnexxilna tobrom u tisraq. Hi għerq velenuż li jiddeforma l-konkorrenza onesta u jbiegħed l-investimenti. Wara kollox, il-korruzzjoni hi habitus (kundizzjoni) mibnija fuq l-idolatrija tal-flus u l-merċifikazzjoni tad-dinjità umana u għaldaqstant għandha tkun miġġielda b’miżuri xejn anqas inċisivi minn dawk imħejjija għall-ġlieda kontra l-mafji.
Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku lill-Membri tal-Kummissjoni Parlamentari kontra l-Mafja … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Diskors_Mafja_21092017.htm