Home > Aħbarijiet > 135 jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

135 jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali


135 persuna temmew b’suċċess wieħed minn 16‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Knisja f’Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar il‑Erbgħa, 22 ta’ Novembru 2017, fil‑Kappella tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u tmexxiet mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

curia-06.jpgIl‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu tar‑raba’, il‑ħames u s‑sitt livell tal‑Malta Qualifications Framework (MQF) u tal‑European Qualifications Framework (EQF), fl‑oqsma tal‑familja, it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja, it‑Teoloġija, l‑ispiritwalità Franġiskana, l‑evanġelizzazzjoni, il‑liturġija, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana u l‑istudju tal‑Bibbja.

L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali din is‑sena beda t‑12‑il sena ta’ ħidma, u din kienet il‑11‑il ċerimonja ta’ gradwazzjoni. L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2005 biex iwieġeb għas‑sejħa li ħarġet mis‑Sinodu Djoċesan li joffri formazzjoni lill‑Insara għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà, u joffri formazzjoni lil dawk il‑persuni li jħossu l‑bżonn li jimpenjaw ruħhom b’mod attiv fil‑fidi tagħhom.

Fis‑sena akkademika preżenti, l‑Istitut u diversi entitajiet formattivi oħra fil‑Knisja qed joffru 13‑il kors differenti li minnhom il‑Higher Education Award in Family Ministry jibda fil‑11 ta’ Jannar 2018. Għal dawn il‑korsijiet qed jattendu 170 parteċipant. L‑informazzjoni dwar il‑korsijiet kollha tista’ titniżżel mill‑websajt http://www.maltapfi.org. Wieħed jista’ jċempel ukoll fuq 22039513 jew jibgħat imejl fuq pfimalta@gmail.com.

Mis-Sit tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: