Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ġimgħa, l-1 ta’ Diċembru 2017

L-Evanġelju tal-Ġimgħa, l-1 ta’ Diċembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 21, 29-33

Is-sinjali qegħdin hemm għal kulħadd. Għalkemm forsi llum, sfortunatament tlifna r-rabta man-natura u l-kumonikazzjoni magħha, xorta għad hemm sinjali li juruna, mill-osservazzjoni tal-esperjenza tal-imgħoddi, x’jista’ jiġri, xi żmien ġej u x’se jkunu l-effetti tiegħu.

 

Hemm sinjali li ma jħassarahom ħadd u mhumiex suġġetti għall-interpretazzjoni. Nafu li għalkemm meta ngħoddu wieħed ma’ wieħed, mhux bilfors jagħmlu tnejn għal kulħadd, imma hemm wieħed li meta tgħoddu ma’ wieħed jagħmel tnejn dejjem, jgħid x’jgħid kulħadd. Kull bidu għadnu tmiem, u anke min jaħseb li tela’ t-tarġa tal-immortalità, xi darba jew oħra se jirrejalizza li baqa’ fuq l-istess livell ta’ kulħadd u ma’ kulħadd. Għal min jaħseb li jit;a dan it-taraġ. Ħaġa wada biss hemm differenti mill-oħrajn; it-tisbita. Iktar kemm taħseb li tlajt ’il fuq iktar it-tisbita tkun kbira.

Is-sema u l-art jgħaddu imma kliemu ma jgħaddix.

Għal darb’oħra dan id-diskors niżel għasel f’dawk li semgħuh fl-ewwel żminijiet. It-tabtija tal-persekuzzjoni, it-terrur tal-insigurtà, l-esklużjoni soċjali u l-inċertezzi dwar il-futur tagħhom u ta’ wliedhom kienu piż tal-biża fuq spallejhom. Min imexxihom kellu għażliet diffiċli u kororh x’jagħmel. Tifhem is-sitwazzjoni ta’ min qed jisma’ u fl-istess ħin temmen fil-verità mwassla minn Alla permezz ta’ Ibnu. Tifhem li l-ġid ta’ min qed jisma’ jinsab fil-verità li temmen fiha int u huma u fl-istess ħin tbeżżgħek ir-rejaltà li ħajja mibnija madwar u fuq dik il-verità tista’ twasslek għaliha.

It-tama jagħtiha biss Ġesù Kristu. Is-sema u l-art jgħaddu, kliemi ma jgħaddix, anzi jiena magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien. Il-bnedmin joffru wegħdiet ta’ twettiq ta’ ħolm marbut ma’ issa u hawn; Alla jagħti garanzija waħda: “kollox jgħaddi barra Jien”.

Ir-rejaltà li aħna ngħixu fuq din l-art ma nistgħux niċħduha daqskemm ma nistgħux niċħdu, jekk m’aħniex boloh, ir-rejaltajiet li l-ħajja fuq din l-art għandha marbutin magħha. Hemm rejaltà oħra li nistgħu niċħduha, u ħadd ma jmerina jew ilumna jekk nagħmlu hekk; iżda niċħdu kemm niċħdu u naljenaw ruħna kemm naljenaw ruħna, ilkoll kemm aħna se nsibuha ma’ wiċċna. It-tama li jagħtina Alla tmur lil hinn minn dik ir-rejaltà limitata; hija t-tama tar-rejaltà li mhix difettuża u ma tintemmx.

Is-sinjali qegħdin hemm f’wiċċ kulħadd.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: